Let’s prepare to receive the gift of redemption that Jesus wanted to give us – The Archbishop
Special Mass asking God to give us courage and keep us away from any fear
27/03/2020 The Chapel of Our Lady of Manresa, Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan l-Evanġelju jippreparana għall-kunflitt kbir li mbagħad iseħħ b’mod qawwi fil-Ġimgħa Mqaddsa, kunflitt bejn Ġesù u l-kapijiet ta’ Ġerusalemm.
Hija l-festa tal-Għerejjex. Il-festa tal-Għerejjex kienet festa kbira fil-ħarifa meta l-poplu Lhudi kien ifakkar l-40 sena li għamel iterraq fid-deżert, l-għerusija tiegħu ma’ Alla fejn irċieva l-kmandamenti, fejn bena l-arka tal-preżenza tal-Mulej, id-don tal-manna. Fil-fatt fl-arka li tiġi ċċelebrata wkoll fil-festa tal-Għerejjex, kien hemm it-twavel tal-Liġi u ftit manna li l-Iżraeliti ġabru fid-deżert matul dawk l-40 sena… Read more »