New parish priest for St Joseph the Worker Parish
09/03/2019-
-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Charlon Muscat bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.
Dun Charlon Muscat twieled fil‑30 ta’ April 1985 u trabba l‑Mosta fejn irċieva l‑edukazzjoni fl‑iskola primarja fil‑Mosta. Huwa kiseb l‑edukazzjoni sekondarja fl-iskola Vincenzo Bugeja, Birkirkara, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2013…