Watch: The second day of the 2018 Diocesan Assembly
24/11/2018-
-
L-Assemblea Djoċesana 2018 kompliet ilbieraħ, il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru, fejn ġew diskussi tliet dokumenti tas-Sinodu Djoċesan li ntemm fl-2003 u żewġ dokumenti oħra li saru wara s-Sinodu. Dawn huma: Viżjoni ta’ Knisja Komunjoni, Xandir tal-Kelma, Liturġija u Sagrament, Lejn Knisja Dejjem Aktar Inklużiva u Il-Wiċċ Diġitali tal-Mulej.
Dawn il-jumejn ta’ evalwazzjoni u diskussjoni huma l-bidu ta’ proċess li għandu jwassal biex id-dokumenti tas-Sinodu jiġu aġġornati b’mod li jirriflettu r-realtajiet soċjali preżenti filwaqt li joffru proposti u inizjattivi ġodda ta’ kif il-Knisja twieġeb għalihom…