The beginning of Lent and Mass on Ash Wednesday at St John’s Co-Cathedral
12/02/2018-
Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna, mal-Kapitlu tal-Katidral, ser jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali ta’ Ras ir-Randan fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m. Il-Quddiesa tinkludi t-tberik u t-tqegħid tal-irmied…