Jupiter Ascending
16/02/2015-
- ***
Diretturi: Lana u Andy Wachowskis
Atturi: Mila Kunis, Channing Tatum, Eddie Redmayne
Ħin: 127 minuti
Klassifika taċ-Ċensura: 12A
Klassifika tal-Knisja: 15Jupiter Jones hija emigrant Russa li toqgħod f’Chicago u taħdem bħala seftura biex tgħin lil familja tagħha. Mingħajr ma taf, iżda, hija tiġi mmarkata minn aljeni li jridu jeqirduha. Tlett aħwa tal-familja rjali Abrasax, Balem, Kalique, u Titus, li jgħixu x’imkien fl-univers, wara l-mewt ta’ ommhom li kienet ilha tirrenja għal żmien twil, jibdew jiġġieldu bejniethom dwar min għandu jieħu post ommhom bħala l-mexxej ta’ l-univers…
- ***