“Peace be with you” – an article by Archbishop Charles J. Scicluna published in the newspaper ‘Illum’
05/04/2015- “Il-Paċi magħkom” – din hija t-tislima ta’ Ġesù Rxoxt lid-dixxipli tiegħu, li tiġbor mhux biss is-sens ta’ rikonċiljazzjoni li jdawwal Ħadd il-Għid, imma wkoll l-awgurju li r-rikonċiljazzjoni li l-Mulej qed jagħtina bħala rigal, naqsmuha mal-oħrajn. Il-paċi hija għajn li tfawwar mill-qalb tal-bniedem. Fl-istess ħin, id-dgħufija tgħallimna li l-paċi hija wkoll rigal li nilqgħu mingħand il-Mulej.
Fil-bidu tar-Randan, l-Insara jisimgħu l-istedina tal-Mulej biex il-paċi jfittxuha u jippreparawha permezz tar-rażan…