The Archbishop blesses a commemorative plaque on the occasion of the 25th anniversary of the statue of ‘Christ of the Seafarers’
31/05/2015-
Il-Ħadd 31 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek plakka kommemorattiva fl-okkażjoni tal-25 sena tal-istatwa ‘Kristu tal-Baħħara’ matul attività li saret fuq il-baħar, ’il barra minn San Pawl il-Baħar. Din l-istatwa tinsab f’qiegħ il-baħar, u tbierket mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-ewwel żjara tiegħu fil-gżejjer Maltin, fl-1990. L-Arċisqof talab għal dawk kollha li jżuru dan is-sit, biex huma wkoll japprezzaw is-sbuħija tal-ħolqien…