OVER 800 CASES OF DOMESTIC VIOLENCE IN 2011
26/05/2012Is-sena li għaddiet aktar minn 800 każ ta’ vjolenza domestika kienu rrappurtati lill-pulizija. Dan skont statistika ppreżentata fil-Parlament dan l-aħħar, li turi wkoll li bejn l-2005 u l-2011, il-każi ta’ vjolenza rrappurtati lill-pulizija żdiedu bi kważi erba’ darbiet. Fl-2005 l-għadd ta’ każi ta’ vjolenza kien ta’ 228, waqt li s-sena li għaddiet l-għadd tela’ għal 848.
Ċifri li l-Aġenzija Appoġġ għaddiet lil IL-ĠENSillum online juru wkoll li fl-istess sena, jiġifieri bejn Jannar u Diċembru 2011, is-Servizz ta’ Vjolenza Domestika tal-Aġenzija ħadem ma’ 803 każ… Read more »