Patri Wistin Vella ocd se jkun il-kappillan il-ġdid għall-parroċċa f’Ta’ Xbiex b’effett minn nhar it-Tlieta, 23 ta’ Novembru, 2010. Dakinhar, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jippresiedi Quddiesa kkonċelebrata li tibda fis-6.00 p.m.
Imwieled il-Mellieħa, Patri Wistin Vella daħal mal-Karmelitani Tereżjani bħala aspirant fil-kunvent Santa Tereża f’Bormla. Il-formazzjoni tiegħu rċeviha hawn Malta, l-Ingilterra u l-Italja. Ġie ordnat saċerdot fil-15 ta’ Marzu, 1975. Kien surmast tal-aspiranti u tal-istudenti f’Malta u fit-Tajwan; kien superjur lokali f’Bormla, f’Tas-Silg u fit-Tajwan; u kien chaplain f’dar tal-anzjani… Read more »