Matul il-jiem li għaddiew bdew jitqassmu fid-djar Maltin iktar minn 165,000 djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2011.

F’kummenti li ta lil IL-ĠENSillum online, Victor Formosa, kelliemi għal din id-dar, fisser li fl-aħħar ġimagħtejn għadd kbir ta’ voluntiera minn kull qasam tal-ħajja taw daqqa t’id fl-ippakkjar ta’ dawn id-djarji f’envelopes apposta fid-Dar tal-Providenza jew fi djarhom.

Bħal fis-snin l-imgħoddijja, id-djarju fih messaġġ minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, kif ukoll il-ħinijiet tal-quddies kollu tal-Ħdud u ta’ matul il-ġimgħa fil-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-EDITORJAL FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com