• Nhar it-Tlieta 11 ta’ Novembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna mexxa iċ-ċerimonja annwali ta’ gradwazzjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali fis-Seminarju, tal-Virtù. Matul din iċ-ċerimonja iggradwaw 142 persuna li, matul l-aħħar sena akkademika, temmew b’suċċess wieħed mit-13-il kors differenti li offra l-Istitut flimkien ma’ entitajiet ohra fil-Knisja. Iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament, u wara saret il-presentazzjonijiet taċ-ċertifikati. Il-korsijiet li temmew il-parteċipanti kienu ta’ livelli erbgħa, ħamsa u u sitta tal-Malta Qualifications Framework (MQF) u tal-European Qualifications Framework (EQF) kif ġej:

    • Human Experience of God (livell 4)
    • General Education Award in Evangelisation (livell 4)
    • General Education Award in Youth Leadership (livell 4)
    • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry (livell 5)
    • Higher Education Award in Family Ministry (livell 5)
    • Higher Education Award in Missiology (livell 5)
    • Higher Education Award in Catholic Social Teaching (livell 5)
    • Higher Education Award in Liturgy (livell 5)
    • Higher Education Award in Christian Leadership II (livell 5)
    • Higher Education Award in Parish Nursing (livell 5)
    • Higher Education Award in Carmelite Spirituality (livell 5)
    • Diploma in Spiritual Accompaniment (livell 5)
    • Diploma in Christian Leadership (livell 6)

    L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl-2005 biex iwieġeb għas-sejħa li ħarġet mis-Sinodu Djoċesan li joffri formazzjoni lill-Insara għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà u joffri formazzjoni lil dawk il-persuni li iħossu l-bżonn li jimpenjaw ruħħom b’mod attiv fil-fidi tagħhom. Fil fatt, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, din is-sena, beda l-għaxar sena ta’ ħidma u din kienet t-tmien ċerimonja ta’ gradwazzjoni.

    Qed issir ukoll ħidma f’direzzjonijiet ġodda: din is-sena qed isir kors ġdid dwar il-Politika u l-Ġid Komuni, qed isiru żewġ korsijiet ġodda fl-Evanġelizazzjoni u l-Media Soċjali u qed iseħħ iżvilupp fl-inizjattiva ta’ evanġeliżazzjoni permezz ta’ riżorsi on-line. Qed isir ħafna xogħol ukoll biex jissaħħah l-akkumpanjament tal-persuna wara li jlestu kors permezz ta’ proċessi ta’ sostenn u ta’ ongoing formation. Għal dan l-għan, din is-sena, twaqqfet aġenzija li tiffaċilita l-ħidma pastorali ta’ dawk li rċevew formazzjoni.

    Fis-sena akkademika preżenti, l-Istitut u diversi entitajiet formattivi oħra fil-Knisja qed joffru ħmistax-il kors differenti b’madwar 200 parteċipant. li minnhom il-Higher Education Award in Family Ministry jibda fil-gimgħat li ġejjin. L-informazzjoni dwar il-korsijiet kollha tista’ titniżżel mill-website: www.maltapfi.org. Wieħed jista’ jċempel fuq 22039510.

  • Photos: Photocity, Valletta
    www.photocitymalta.com