• You’re Next

  • ***

    Direttur:          Adam Wingard

    Atturi:             Sharni Vinson,, Nicholas Tucci, Wendy Glenn, A. J. Bowen, Joe Swanberg, Barbara Crampton, Rob Moran, Margeret Laney u  Amy Seimetz

    Ħin tal-film:    95 min.

    Maħruġ minn KRS Film Distributors

     

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 18

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

     

    Film Amerikan tal-biza` li mill-ewwel xeni jagħtina x’sejrin naraw. Wara daħla pjuttost makabra ta’ qtil ta’ koppja, niltaqgħu ma’ familja sinjura ħafna li kienet sejra tibda vaganza  ġewwa dar mwarrba ħafna ġewwa Missouri, dar ma’ dar fejn naraw l-ewwel qtil. L-omm, Aubrey, meta jidħlu fid-dar tistqarr li semgħet ħoss fis-sular ta’ fuq. Iżda Paul, ir-raġel tagħha ma jagħtiex każ ta’ dan għalkemm imur biex jinvestiga. Fuq isib lil ibnu Crispian li kien wasal mal-ħabiba tiegħu Awtralijana Erin.  Il-jum ta’ wara, l-aħwa kollha jaslu biex jibdew il-vaganza mal-familja kollha. Aubrey tibgħat lil Erin biex tara jekk takkwistax  kartuna ħalib mid-dar tal-viċin iżda hadd ma jwieġeb minn ġewwa. Waqt l-ikla ta’ filgħaxija, it-tensjoni li kienet teżisti fil-familja tisplodi hekk kif Drake, ħu –il kbir ta’ Crispian, jgħaddi rimarki fuq Chrispian. Felix u l-maħbuba tiegħu Zee ma jidrux interessati li jidħlu fl-argument bejn iż-żewġ aħwa sakemm f’daqqa waħda  Tariq li kien il-maħbub ta’ oħt Chrispian jisfa’ milqut f’moħħu minn vleġġa sparata minn qaws minn barra. Fil-konfużjoni li nqalgħet wara dan l-inċident, Drake biex isalva lil ommu jintlaqat hu wkoll f’daru minn vleġġa oħra għalkemm ma jmutx. Il-familja jintebħu li jinsabu maqtugħin għal kollox minn barra għaliex ma kien hemmx l-anqas linja ta’ telefon.  Meta Aimiee  toħroġ ‘l barra biex tmur għall-għajnuna, tispiċċa mejta wkoll hekk kif tasal qrib id-dar tal-ġirien. X’qiegħed jiġri?  Min qiegħed jipprova joqtolhom kollha u għaliex? Waqt li Erin tibda torganizza xi forma ta’ diviża,  hi tibgħat messaġġ lill-pulizija bit-tama li f’xi waqt jasal. Kif sejra tizvolġi l-qagħda f’din id-dar li kien jidħer biċ-ċar li kien hemm pjan imħejji minn xi ħadd biex jelliminhom ilkoll. Tgħid kien hemm xi hadd minn ġewwa li ppjana dan kollu?    

    Film tal-biza`, mimli tensjoni  li jinkludi fih vjolenza orribli li tkexkek, b’tortura u tbiċċir, imġieba sesswali xejn korretta kif ukoll kliem goff, jitlob li dan il-film jarawh il-kbar biss.