• ***

    Direttur:              Jonathan Glazer
    Atturi:                  Scarlett Johansson, Andrew Gorman, Jeremy  McWilliams, Lynsey Taylor MacKay, Dougie McConnell u Kevin McAlinden
    Ħin  tal-Film:      108 min.
    KLASSIFIKA  TAĊ-ĊENSURA:    15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          18

    L-istorja tal-film teħodna ġewwa l-Iskozja fejn niltaqgħu ma’ aljena mlibbsa bil-ġilda ta’ tfajla ħelwa li nqatlet ftit qabel mis-sieħeb tagħha, aljen,  li kien isuq mutur b’veloċita` kbira jdur mall-inħawi kollha biex jara li l-għan tagħhom iseħħ.  L-isem li l-aljena kienet ħadet kien dak ta’ Laura. L-iskop tagħhom kien li Laura tiġbed lejha rġiel u tħajjarhom għas-sess,  iżda meta kollox jidher li dawn l-irġiel li nasbet ġewwa post imwarrab u jkunu waslu biex jieħdu dak li xtaqu, huma kienu jdubu f’likwidu iswed u l-ġilda tagħhom kienet tintuża minn aljeni biex dawn jieħdu posthom, mlibbsin bil-ġilda ta’ dawn l-irġiel. Meta Laura tipprova tiġbed lejha raġel fuq xtajta, hi tkun xhieda ta’ koppja miżżewġa, b’tarbija,  li f’inċident drammatiku jisfgħu mgħarqin. Laura tħares lejn din id-disgrazzja bla ebda emozzjoni jew interess ta’ xejn. Ir-raġel li hi ġibdet lejha għamel minn kollox biex isalva l-koppja u meta kien kollu għal xejn, nxteħet għal mejjet fuq il-blat u jkun hawn li Laura, b’ġebla toqtlu u tieħdu magħha biex tkun tista’ tieħu l-ġilda tiegħu għal xi aljen ieħor. Meta ftit wara tiltaqa’ ma’ ġuvni bil-marda f’wiċċu ta’ neurofibromatosis, Laura tħoss għalih u tħallih imur iżda l-aljen fuq il-mutur ra kif għamel, sabu  u qatlu. Hawn Laura diżorjenta ruħha u titħawwad għal kollox. It-tilqigħ li kellha ma’ dan il-ġuvni għamilha iktar konxja tal-figura tagħha ta’ umana. Meta ppruvat tiekol  ikel li jieklu n-nies ma rrnexiliex. Raġel ta’ qalb tajba meta ra f’dik il-qagħda ħadha miegħu d-dar iżda anke hawn, il-fatt li kienet aljena mlibbsa bil-ġilda  ta’ umana,  meta tipprova turi xi ftit emozzjoni, dan ma jseħħx. Konfuża għal kollox, Laura taħrab  ġewwa foresta u tidħol għal  kenn ġewwa għarix  tal-injam. X’jiġri meta fl-għarix  jidħol raġel fuqha u mweghra toħrog tiġri bir-raġel jiġri warrajha? 

    Film ta’ fantaxjenza, msejjes fuq in-novella ta’ Michel Faber. Il-kritiċi taċ-ċinema tawh reċenzjoni tajba iżda jibqa’ l-fatt li l-istorja tal-film hi negattiva. Minħabba dan il-fatt, xi xeni tal-biza`,  kif ukoll xeni ta’ għera,  tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss