• *****

    Direttur: Jay Roach
    Atturi: Bryan Cranston, Diane Lane, Helen Mirren
    Ħin: 124 minuti
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
     
    Klassifika tal-Gvern: 12

    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Dalton Trumbo fl-1943 ingħaqad mal-Partit Kumunista, fi żmien meta l-Amerika u l-USSR kienu alleati. Il-film jibda fl-1947: Trumbo jkun screenwriter imfittex ħafna u sinjur, iżda tkun bdiet il-gwerra bierda bejn l-Amerika u l-USSR, u għalhekk, minħabba t-tessera li jkollu tal-Partit  Kumunista, jiġi ordnat jidher quddiem il-kumitat tal-Kongress Amerikan  li jkun qed jindaga l-attivitajiet anti-amerikani. Trumbo u għaxar kittieba tal-films oħrajn jintbgħat il-ħabs u jiġu pprojbiti milli jiktbu aktar. Wara li Trumbo ħareġ mill-ħabs kellu jaqla’ x’jiekol u jmantni l-familja billi jikteb scripts għal films taħt psewdonomi għal producers tal-films mhux ta’ livel għoli. Fl-istess żmien irnexxielu jikteb ukoll l-iscripts ta’ “Roman Holiday” u “The Brave One” li rebħu l-Oscars li ħaduhom l-ismijiet li hu poġġa minflok tiegħu. Marthu Cleo u t-tlett uliedu żgħar kellhom jiffaċċjaw ħajja mibnija fuq wiri ta’ ħaġa b’oħra u b’missier li jagħmel ħafna mix-xogħol tiegħu fil-banju, jixrob u jpejjep. Iżda l-perseveranza ta’ Trumbo fl-aħħar tat il-frott meta Kirk Douglas qabbdu jikteb “Spartacus”, u Otto Preminger stiednu jikteb l-iktar parti mportanti ta’ “Exodus”, xeni li wasslu biex Trumbo joħroġ rebbieħ u li wara salvaw il-kittieba kittieba l-oħra wkoll.
    Film drammatiku, fi stil ta’ bijografija ta’ l-iscreenwriter Dalton Trumbo li, wara li kien ġie mixħut il-ħabs mill-U S House Committee on Un-American Activities minħabba li kien affiljat mal-partit komunista amerikan, il-kapijiet ta’ Hollywood poġġewh fuq il-blacklist, jiġifieri pprojbewh milli jkompli jikteb għal films, u l-ġlieda tiegħu biex ikompli jikteb sakemm eventwalment irnexxielu jirbaħ. Il-film fih xi kliem ħażin u oxxen. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.