• The Hobbit – The Desolation of Smaug

  • ****

    Direttur:          Peter Jackson
    Atturi:             Ian McKellen, Martin Freeman, Richard Armitage, Benedict Cumberbatch, Evangeline Lilly, Lee Pace, Luke Evans, Ken Scott, James Nesbit u Orlando Bloom
    Ħin tal-film:    161 min.
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12A
     
    Film epiku,  ta’ fantasija u avventura, it-tieni wieħed minn tlieta msejjes fuq in-novella ta’ J. R. R. Tolkien li nkitbet fis-sena 1937 bit-titlu: The Hobbit.  Dan it-tieni film isegwi l-ewwel wieħed: An Unexpected Journey li kien hareg fl-2012. Wieħed jittama li fis-sena 2014 naraw it-tielet u l-aħħar film mis-sensiela: There and Back Again. L-istorja tal-film tkompli fejn ħalliet l-ewwel waħda. Bilbo Baggins jivvjaġa ma’ Gandalf u l-kumpanija ta’ tlettax- il nanu taħt it-tmexxjia ta’ Thorin Oakenshield lejn is Saltna ta’ Erebor. Il-vjaġġ  jeħodhom lejn ix-xifer fil-lvant tal-foresta ta’ Mirkwood fejn hawn iħabbtu wiċċhom ma’  Beorn. Gandalf wara din il-laqgħa xejn mistennija, jitlaq minn hemm waqt li l-oħrajn, hekk kif jidħlu ‘l  ġewwa fil-foresta Mirkwood,  jiġu attakati minn għadd kbir ta’ brimb kbir. Kollha kemm huma, barra Bilbo jinqabdu  mill-għafriti  tal-foresta.  Bilbo iżda ma jdumx ma jgħinhom jinħelsu u jaħarbu minn idejhom. Hawn jibqgħu sejrin matul ix-xmara li twassalhom sa Lake-town, fejn jiltaqgħu mal-kap tal-belt,  poeta u dixxendent ta’ Lord of Dale. Hekk kif jakkwistaw dgħajsa mimlija provisti mgħotija minn nies tal-belt, jitilqu lejn il-muntanja Lonely. Hawn jsibu il-bieb sigriet li kien jagħti għal ġewwa tal-muntanja u Bilbo jażżarda jidħol ġewwa fejn hemm jiltaqa’ mad- dragun Smaug.  X’jiġri hekk kif Bilbo jiltaqa’ mad-dragun? Sadanittant, Gadalf jirnexxielu jipperswadu lill-kunsil biex jixħet  ‘l barra lil Necromancer minn Dol Gulder għaliex isir jaf il-vera identita` tiegħu. X’jigri meta Gandalf   jidħol ġewwa Dol Guldur flimkien mal-għafriti ta’  Mirkwood, imexxija mir-Re Tranduil u ibnu Logolas.

    Film maħdum b’sengha kbira u mimli avventuri li jħalluk bla nifs u fuq ix-xwiek għal ħafna ħin. Il-film jistgħu jarawh dawk li ghalqu it-tnax –il sena u fuqhom, iżda persuni ta’ eta` iżgħar minn tnax  –il sena jistgħu jarawh jekk ikunu akkompanjati minn xi adult. Ċerti xeni vjolenti u tal-biza` jistgħu jimpressjonaw liż-żgħar.