• ***

    Diretturi: Graham Annable, Anthony Stacchi
    Atturi: (vuċijiet ta’) Elle Fanning, Simon Pegg, Ben Kingsley, Jarred Harris
    Ħin: 97 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: U
    Klassifika tal-Knisja: UPG

    F’Cheesebridge in-nies huma ossessjonati bil-għana, bil-klassi, u bl-aqwa ġobon. Taħt it-toroq ta’ din il-belt, miksijin b’ċangatura, jgħixu l-Boxtrolls, li n-nies tal-belt iqiesuhom monstri skifużi li matul il-lejl joħorġu mid-dranaġġ u jisirqu dak li għan-nies ta’ Cheesebridge huwa l-iktar għażiż: it-tfal u l-ġobon tagħhom. Fil-verita’, il-Boxtrolls huma komunita’ ta’ speċi ta’ ħut, simpatiċi, li jgħixu fl-għerien taħt l-art u li jilbsu kaxxi tal-kartun, u li jiġbru l-affarijiet mogħrmijin. Il-Boxtrolls rabbew tifel orfni, jismu’ Eggs, sa minn meta kien għadu tarbija. Meta jsibu ruħhom mhedda minn Archibald, bniedem kattiv li jrid jeqred il-Boxtrolls biex jindijes mas-soċjeta’ ta’ Cheesebridge, huma jiddependu fuq l-għajnuna ta’ Eggs u ta’ tifla sinjura, Winnie, biex isalvawhom. Film animat, kummiedja, ibbażat fuq il-ktieb ta’ Alan Snow, Here Be Monsters. Fih messaġġ pożittiv ta’ ħbiberija u solidarjeta’. Minħabba xi xeni ta’ vjolenza u ta’periklu u xi ftit ċajt goff, nissuġġerixxu li t-tfal ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.

    Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit. Nunc nec nisi nec dolor facilisis convallis. Maecenas faucibus luctus est et vulputate. Sed dictum dapibus eros, eget sodales libero ullamcorper vitae. Praesent quis cursus lacus, nec vulputate orci. Suspendisse sed enim varius, pharetra est a, egestas libero. Quisque at urna libero. Aenean mauris nisi, egestas nec varius porta, eleifend sed magna. Quisque at tempor sem.