-
The Book Thief
-
****
Direttur: Brian Percival
Atturi: Sophie Nelisse, Geoffrey Rush, Emily Watson
Ħin: 131 minuti
Klassifika taċ-Ċensura: 12A
Klassifika tal-Knisja: 12A
L-isfond tal-film hu rrakkontat mill-Mewt (vuċi ta’ Roger Allam). Liesel, hija tifla ta’ għaxar snin li tgħix fil-Germanja ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Omm Liesel hija komunista u jkollha taħrab u tħalli l-uliedha warajha. Ħu Liesel imut u hi tiġi adottatha minn Hans u Rosa Huberman. Rosa hija mara b’wiċċ serju, għalkemm aktar tard turi li għandha qalb ħanina. Hans huwa bniedem dħuli li jgħallem lil Liesel taqra u jħobb iddoqq l-accordion. Aktar tard Hans u Rosa jibdew jieħdu ħsieb ukoll ta’ Max, Lhudi li jkun qed jaħrab minn Nażi. Hekk kif issir taf taqra Liesel jibda jkollha għatx kbir għal qari u tibda tisraq il-kotba biex ikollha x’taqra, tant li anke taħtaf ktieb minn fost għadd ta’ kotba li Hermann, is-sindku, jkun qed jaħraq fil-pjazza tal-belt biex jingħoġob minn Nażi. Iżda Hermann innifsu jkollu ħafna kotba d-dar, u marthu, Ilsa, tistieden lil Liesel biex tara u taqra minn dawk il-kotba. Liesel tagħmel ħbiberija wkoll ma’ Rudy li jkun ġagħar tagħha.
Film drammatiku, adattament għaċ-ċinema tal-ktieb bl-istess isem miktub minn Markus Zusak fl-2005 u li hu immirat għaż-żgħażagħ. Huwa film interessanti, dwar il-kruha tal-gwerra u tal-preġjudizzji u dwar l-imħabba b’mod speċjali tal-ġenituri. Il-film ma’ jagħmilx ġustizzja għal kollox mal-ktieb għax iħalli barra diversi elementi importanti li huma inkomfortabbli. Fih produzzjoni tajba. Il-film fih diskors anti-semitiku u xeni tal-gwerra. Nissuġġerixxu li tfal taħt it-12 il-sena jkunu akkumpanjati mill-ġenituri.