Bishop Giovanni Cefai visits Malta
06/08/2019-
Nhar il‑Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu 2019, jasal Malta mill‑Perù l‑Isqof Giovanni Cefai, l‑ewwel isqof Malti tas‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). Din hi l‑ewwel żjara tiegħu f’Malta minn meta fit‑3 ta’ April li għadda l‑Papa Franġisku ħatru Isqof tal‑Prelatura Territorjali l‑ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil‑Perù.
Fil‑bidu taż‑żjara tiegħu f’Malta, is‑Sibt, 10 ta’ Awwissu fl‑10:00 a.m., l‑Isqof Cefai ser jiċċelebra Quddiesa quddiem l‑inkwatru tal‑Madonna ta’ Pompej li jinsab fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti, il‑Belt Valletta…