-
Stand Up Guys
-
***
-
Direttur: Fisher Stevens
Atturi: Al Pacino, Christopher Walken, Alan Arkin, Julianna Margulies, Mark Margolis, Katheryn Winnick, Vanesssa Ferlito, Addison Timlin, Lucy Punch u Bill Burr
Ħin tal-film: 95 min.
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
Val wara li jkun serva 28 sena fil-ħabs, joħrog u jiltaqa’ ma’ Doc, ħabib tal-qalb u sieħbu fil-kriminalita għal tant snin. Doc ġie mgħoti ordni minn Claphands, kap ta’ gang kriminali, biex joqtol lil Val hekk kif dan joħroġ mill-ħabs. L-ewwel ħaġa li xtaq jagħmel Val, kien li jmur jagħmel żjara f’dar li kienet iservi ta’ burdel immexxija minn Wendy. Iżda Val sfortunatament ma jkunx kapaċi jwettaq dak li xtaq u għalhekk flimkien ma’ Doc jidħlu ġewwa spiżerija u jisirqu xi ftit pilloli tal-viagra. Meta Val ixxomm ftit trab tal-pilloli, iħossu ħażin. Hawn Val jaħseb li issa kien il-waqt li joqtlu iżda dan m’għamlux anżi ħadu l-isptar fejn hemm isibu lil Nina bħala infermiera, t-tifla ta’ Hirsch , ħabib antik tagħhom it-tnejn. Val jibda jinduna li Doc kellu ħsieb li joqtlu u Doc jammetti li kellu sal-għaxra ta’ filgħodu l-għada li jagħmel dan jew inkellha jispiċċa hu ħażin. Val flimkien ma’ Doc jisirqu karozza lussuża Dodge Challenger SRT8 u jiddeċiedu li jmorru għal Hirsch li darba kien ix-xufier tagħhom meta dawn kienu jwettqu xi serqa flimkien. Hirsch kien jinsab rikoverat ġewwa dar tal-anżjani, jbati minn dimentia. X’jiġri minn hawn? Biex tkompli titħawwad il-borma, ġewwa l-kompartament tal-bagalji fuq wara tal-karozza ssibu lil Sylvia, tfajla li kienet ġiet maħtufa u abbużata minn xi rġiel. Val, Doc u Hirsch jiddeċiedu, bl-ghajunua ta’ Sylvia li jieħdu azzjoni u jagħtu lezzjoni kif tmiss il-liġi lil dawk l-irġiel. L-istorja ma tispiċċax hawn! Tmiem eċċitanti li zgur ghandu jogħġob lil dawk li jħobbu dan it-tip ta’ films!Film bi storja tajba u li jzommok fuq ix-xwiek sat-tmiem. Minħabba l-istorja fiha nfisha, kliem goff u doppju sens, vjolenza kif ukoll xi xeni ta’ mġieba mhux korretta, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.