• ***

               
    Direttur: Tim Story
    Atturi: Ice Cube, Kevin Hart, Ken Jeong, Benjamin Bratt, Olivia Munn, Bruce McGill u Tika Sumpter
    Ħin tal-Film: 101 min
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12 
     
    Hekk kif iż-żwieġ kien qiegħed joqrob, James,  kontra qalbu jieħu miegħu ġewwa Miami għal missjoni delikata, lil Ben li fi żmien  qasir kellu jsir ħatnu. Il-missjoni tagħhom kienet li jsegwu informazzjoni li kellhom rigward każ serju ta’ traffikar ta’ droga. Ġewwa Miami jiltaqgħu ma’ Maya, detektiv li twiddibhom mill-ewwel li Miami hi territorju tagħha u li jekk sejrin jidħlu fl-investigazzjoni,  rridu jew ma jridux,  ikollhom idaħħluha magħhom. Il-persuna li ta l-informazzjoni kien A.J., li hu hacker tal-k omputers u li fix-xogħol li kien jagħmel sab biżżejjed evidenza li jimplika wieħed negozjant kbir u magħruf,  Antonio Pope u li għandu nfluwenza kbira fin-nofs-inhar ta’ Florida. Kien baruni ta’ droga u li rrnexxielu ddaħħal b’kemm jiswew miljuni  ta’ dollari, permezz ta’ droga li daħħal  ġewwa l-pajjiż.  Il-missjoni ta’ James u Ben kienet biċċa xogħol iebsa u xejn mhi faċli dan minħabba l-fatt li biex jipperswadu l-awtorita’ li l- informazzjoni li kellhom kienet ta’ min joqgħod fuqha. Ben u James kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ bniedem bla kuxjenza, intelliġenti u li kellu nfluwenża kbira ma’ nies ta’  awtorita’.  Antonio Pope ma kienx sejjer iħallihom żgur bil-kwiet u kien sejjer joffri reżitenza qawwija biex ma jinqabadx fix-xibxa li Ben u James kienu qegħdin jħejju għalih bl-għajnuna ta’ Maya u anke magħhom daħal A. J. Tgħid jirnexxielhom iwaqqgħu  l-imperu li Pope kien bena. Il-problema kbira għal Ben jekk il-missjoni tfalli u ma tirnexxiex kien probabli ifisser li ż-żwieġ tiegħu ma’ oħt James ma jseħħx.
     
    Film Amerikan, mimli azzjoni u kummiedja ħelwa, hu taħt id-direzzjoni ta’ Tim Story u  kitba ta’ Phil Hay u Matt Manfredi. Dan il-film isegwi l-ewwel wieħed li hareg fl-2014. Minħabba kliem goff kif ukoll vjolenza u qtil, koabitazzjoni, jkun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.