Vanġelu
Bil-qawwa tal-fidi
se nitkellmu fuq il-maħfra tiegħek,
imma fl-istess ħin
u kif inhu xieraq,
sabiex ma nagħmluhiex ta’ mħallef,
bl-ikbar imħabba nuru ħniena
ma’ kull persuna mħawda u mfarrka
jew li tilfet it-triq minħabba l-ħażen.
Mingħajr ma nistennew minnha
l-inteġrità
jew id-dinjità,
u fuq kollox mingħajr ġudizzju,
noffrulha l-mogħdrija
u l-faraġ tagħna.
Mimlijin bil-ferħ
se nitkellmu fuq l-imħabba tiegħek,
imma fl-istess ħin
u kif inhu xieraq,
sabiex ma nurux wiċċ b’ieħor,
akkost li nitilfu t-trankwillità,
noħolqu spirtu ta’ aħwa fostna l-bnedmin
b’tali mod li l-ġustizzja u l-ikel
jinxterdu u jinqasmu
b’mod ġust,
l-istess ma’ kulħadd.
Sabiex aħna stess inkunu l-vanġelu ħaj, Mulej,
forsi mhux meħtieġ
li l-ħidma tagħna tkun taqbel
ma’ dak li ngħidu,
frott l-Ispirtu ta’ ġo fina?