Komunjoni

Hemm qegħdin magħna.

Huma bnedmin bħalna.

Huma ħutna, Mulej!

U aħna nħokku, immissu magħhom

u niltaqgħu magħhom

kull ħin ta’ kull jum!

Jokorbu. Jisktu.

Jittalbu. Jistennew bis-sabar kollu.

Jistennew sa ma jitherrew

u kull ma jifdlilhom

hu ftit tama.

Huma ċkejknin, Mulej,

u min jista’ jarahom, Mulej,

u min jista’ jismagħhom, Mulej?

Imma jekk huma

bl-umiltà kollha

jkunu miftuħin għalik, Mulej,

int tmur tgħammar fihom.

Għalhekk il-preżenza tiegħek

tkun tidher fostna

f’wiċċhom u f’ġisimhom.

Fihom int tidher quddiem għajnejna

u minna tistenna l-imħabba tagħna!

Huma jsiru l-preżenza reali tiegħek

u aħna nikkomunikaw magħhom,

insostnuhom, inlibbsuhom,

inżuruhom, nilqgħuhom,

nitqabdu u nitkellmu f’isimhom,

ngħinuhom jerġgħu jiġbru ġiehhom,

u npoġġuhom fuq saqajhom

bid-dinjità kollha tagħhom umana u divina.