Fejqan
Il-ħars tagħna
ifittex id-difetti.
Jieqaf fuq in-nuqqasijiet.
Jgħaddi ġudizzju kif ifettillu.
Jagħmilha ta’ mħallef.
Jara biss dak
li jidher minn barra.
Dejjem għandu raġun.
Żgur minnu nnifsu.
Jiddeċiedi, bla ma jqis xejn,
min hu dak
li hu denn li jkun magħna
u min hu dak
li għandu jitwarrab.
Il-ħars tagħna m’għandux ħniena,
imma jekk int tmissu bil-kompassjoni
u bl-imħabba tiegħek, Mulej,
hu jfieq!
Xofftejna jitbexxqu
biex intertqu u nkissru.
Jibdew billi jċappsu bit-tajn.
Jigirfu.
Jgħakksu.
Jitrattaw b’disprezz.
Imaqdru u jżebilħu.
Xofftejna huma bla ħniena,
imma jekk int tmisshom
bil-ħlewwa tiegħek, Mulej,
huma jfiequ!