Litanija ta’ l-Għotja

Int aċċettajt

li ssir wieħed minna

biex tkun ma’ ħutek.

Int aċċettajt

li tbaxxi rasek għal kollox

biex issalva lid-dinja.

Int aċċettajt

li tagħtina l-Kelma tiegħek

biex turina t-triq id-dejqa

li twassal għall-veru ferħ.

Int aċċettajt

li toqgħod għall-passjoni

biex tagħti l-hena

lill-kotra.

Int aċċettajt

li tagħti ġismek

u xxerred demmek

biex turi l-imħabba tiegħek.

Int aċċettajt

saħansitra li tmut

bl-aktar mewta ħarxa

biex tiftħilna l-bieb għall-ħajja.

Int aċċettajt

li turi ħniena u mħabba bla tarf

biex tfejjaq lil dawk

maħkuma mill-biża’!

Għalina offrejt kollox, Mulej,

int tassew għotja għalina!