• **

    Direttur: Kevin Monroe
    Atturi: (vuċijiet ta’) James Arnold Taylor, David Kaye, Sylvester Stallone
    Ħin: 94 minuti
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
     
    Klassifika tal-Gvern: U
    Klassifika tal-Knisja: UPG
     
    Chairman Drek, injorant u korrott, kap tar-razza selvaġġa Blarg, qed jipprova jaħkem is-Solana Galaxy. Billi l-pjaneta tiegħu, Orxon, saret żgħira wisq għal populazzjoni tagħha u m’għadhiex tajba biex jgħixu fiha, Drek qed jisplodi u jisraq biċċiet kbar mill-pjaneti rivali biex ikun jista’ jibni pjaneta ġdida perfetta. It-truppi formidabbli tiegħu jheddu sahansitra d-dominanza ta’ Captain Qwark, l-egoist kap protettur tal-galassja, minħabba li l-armata tiegħu ta’ Galactic Rangers la għandhom is-saħħa u lanqas l-għaqal kif iwaqqfu t-truppi ta’ Drek. Għalhekk, il-mexxejja tal-Galactic Rangers, Captain Qwark, Brax, u Elaris, javżaw li se jingaġġaw Ranger ieħor. Ħafna japplikaw għal dan il-post, fosthom il-mekkanik ta’ ħila kbira Ratchet, u l-mini-robot Clank, li Ratchet kien salvah minn Oxron. Il-fama li jiksbu dawn it-tnejn tagħti fastidju lil Captain Qwark, li għalhekk jingħaqad ma’ Drek, sieħbu Victor Von Ion, u l-miġnun Doctor Nefarious. Issa l-Galactic Rangers ikollhom jeħduha kontra Drek, Qwark u sħabhom biex ma jħalluhomx jisplodu aktar pjaneti  u b’hekk jheddu l-galassja kollha.
     
    Film animat, ibbażat fuq video game. Fih animazzjoni tajba u ħafna azzjoni, u hu aktar adattat għal video game milli għal-film. Jappella l-aktar lit-tfal iż-żgħar. Minħabba ħafna xeni ta’ vjolenza nissuġġerixxu li t-tfal iż-żgħar ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.