• PAIN AND GAIN

  • **

    Direttur:        Michael Bay

    Atturi:            Mark Wahlberg, Dwayne Johnson, Anthony Mackie

    Ħin:                130 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 18

    Klassifika tal-Knisja:   18

    Daniel Lugo huwa  personal trainer f’gym u jixtieq li jibda jgħix ħajja tas-sinjuri u mhux jibqa’ jgħix bħala ħaddiem. Għalhekk huwa jfassal pjan kif jieħu il-flus ta’ wieħed sinjur. Biex iwettaq il-pjan tiegħu Lugo isieħeb miegħu żewġ bodybuilders oħra, Paul Doyle u Adrian Doorbal. Il-mira tagħhom huwa wieħed mill-klijenti ta’ Lugo, negozjant kbir u kiesaħ jismu’ Victor Kershaw. Wara ftit attentati li jmorru żmerċ, jirnexxilhom jaħtfuh u jżommuh priġunier għal xi xahar, joqgħodu jsawwtuh u jittorturawh, sakemm jagħtihom kull ma kellu. Mbagħad jipprovaw joqtluh billi jikkraxxaw il-karozza tiegħu, jesploduhielu, u jgħaddu minn fuqu, iżda ma’ jirnexxielhomx joqtluh. Meta Kershaw imur jirraporthom lil pulizzija dawn ma’ jemmnuħx u ma’ jinvestigawx il-każ. Sadanittant Lugo, Doyle u Doorbal jgħixu ħajja tal-ġenn, sakemm il-flus jibdew jispiċċawlhom. Meta jispiċċawlhom jibdew jaħsbu biex jerġgħu jagħmlu l-istess, iżda detective jibda jinvestiga dak li jkunu wettqu.

    Film kummiedja u thriller, ibbażat fuq ġrajjiet li seħħew tassew fis-snin 90 fi Florida, dwar tlett irġiel li jipprovaw isiru sinjuri malajr. Fih element farzesk ikkawżat mill-istupidaġni tal-protagonisti li ma’ jafu jagħmlu xejn sew. Fih xeni ta’ vjolenza brutali u mdemmija, deskrizzjoni tat-twemmin nisrani b’mod negattiv, kontenut sesswali, u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.