• Only God Forgives

  • **

    Direttur:        Nicolas Winding Refn
    Atturi:            Ryan Gosling, Kristin Scott Thomas, Vithaya Panscringarm
    Ħin:                 90 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 18
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
     
    Julian jaħdem ma’ ħuħ il-kbir Billy f’Bangkok, fejn għandhom club tal-boxing kriminali  fejn il-ġliediet huma kollha mbabsa u li jservi bħala faċċata għal delitti oħra, fosthom il-bejħ tad-droga. Billy jmur ma’ prostituta taħt l-eta’ u joqtolha. Id-detective Chang jordna lil missier it-tfajla biex jivvendika ruħu minn Billy. Meta Julian ifittex li jivvendika l-qtil ta’ ħuħ isir jaf li l-veru vili hu Chang. Omm Julian, Crystal, tiġi Bangkok biex tieħu kontroll tas-sitwazzjoni, iżda tkompli tgħarraq l-affarijiet. B’hekk, Julian, Chang u Crystal jinqabdu fi spiral ta’ vendetta qattiela.
     
    Film thriller aħrax u vjolenti. L-atturi jaħdmu l-parti tagħhom mingħajr ħtieġa ta’ ħafna paroli għax bl-espressjoni ta’ wiċċhom jesprimu dak kollu li hemm bżonn. Gosling fil-parti ta’ Julian hu enigma li ma jurix x’inhu jħoss jew jaħseb. Il-film hu kiefer u kajman u tħossok maqtugħ mill-karattri. Fiħ ħafna vjolenza qawwija u mdemmija, tortura, xi kliem ħażin, u temi ta’ vendetta, qerq, prostituzzjoni u droga. Jgħodd għal udjenza adulta.