Għeżież tiegħi,
Nirringrazzjakom tal-interess ġenwin li qed turu fiha. Kienu ħafna u ħafna dawk li kitbuli biex jixtiquli fejqan ta’ malajr, hekk li ndunajt kemm hawn qlub ġeneruzi li huma viċin ħafna tiegħi spiritwalment. Nassigurakom li qegħdin kollha f’qalbi. Għalkemm jiena qed naqra kull messaġġ li tibgħatuli, tifhmuni li ma nistax nwieġeb personalment lil kull wieħed u waħda minnkom u għalhekk qiegħed nikteb din in-nota għal kulħadd. Nixtieq nserħilkom raskom li jiena ninsab tajjeb ħafna, izda tiqfux titolbu għalija u għal Knisja tagħna.
+Pawlu Cremona OP
Arċisqof ta’ Malta