-
-
***
Direttur: Wes Ball
Atturi: Dylan O’Brien,Kaya Scodelario, Thomas Brodie-Sangster
Ħin: 131 minuti
Klassifika tal-Gvern: 12A
Klassifika tal-Knisja: 15
Wara li Thomas u sħabu jirnexxielhom jaħarbu lil WICKED (World in Catastrophe: Killzone Experiment) u joħorġu mill-‘maze’, huma jinħelsu mill-art maħruqa minn Janson li jeħodhom bil-helicopter f’kompless taħt l-art. Bla ma jafu jkunu reġgħu saru WICKED. Hawnhekk isirulhom eżaminijiet mediċi u jibdew jgħixu ma ħafna żgħażagħ oħrajn. Kull filgħodu Janson jiġi u jsejjah għadd żgħir minnhom li jittieħdu f’post sigriet. Aris jgħid lil Thomas li qedha tinħema xi ħaġa ħażina, u bl-għajnuna ta’ Aris, Thomas imur jindaga fejn qed jispiċċaw dawk iż-żgħażagħ. Isib li jkunu ħaduhom f’laboratorju, inġettawhom bil-kalmanti u kienu qed jinżgħammu ħajjin permezz ta’ magni. Hu jisma’ min jitkellem dwar ‘ħsad’, u jinduna li ħajjithom qedha fil-periklu. Flimkien ma’ sħabu jippjanaw kif se jaħarbu. Wara li jiżgiġġaw minn taħt l-art isibu ruħhom f’belt imfarrka u maħruqa minn tempesti solari. Hemmhekk jiltaqgħu ma’ Brenda, u Jorge li jkun qed jieħu ħsiebha, u llkoll flimkien jerħula lejn il-muntanji biex isibu kenn kemm minn-nies ta’ WICKED li jkunu qedin ifittxuhom, u kemm mill-umani infettati li jkun jduru ma l-art kollha jfittxu x’jieklu.
Film drammatiku, it-tieni wieħed fis-serje ‘The Maze Runner’, ibbażat fuq it-tlett rumanzi għaż-żgħażagħ ta’ James Dashner. Huwa film dwar ħbieberija, fiduċja u sagrifiċċju. Fih xeni t’azzjoni imma ftit li xejn hu oriġinali. Il-film fih xi kliem ħażin u xeni ta’ vjolenza, kultant qawwija. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.