*
Direttur: Gregory Jacobs
Atturi: Channing Tatum, Matt Bomer, Joe Manganiello, Kevin Nash, Adam Rodriguez u Gabriel Iglesias
Ħin tal-film: 115 min.
Klassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 18
Tliet snin minn mindu Mike ħalla l-ħajja ta’ stripper, fejn kien wasal fil-quċċata ta’ popolarita’, illum –il ġurnata, hekk kif Dallas jinsab barra mix-xena, jiddeċiedi li flimkien ma’ dawk magħrufa bħala Kings of Tampa jerga’ jidħol fix-xena tal-ispettaklu ġewwa Myrtle Beach, South Carolina. Il-grupp jagħmel ħiltu biex il-wirja li kienu sejrin jagħtu tkun ta’ livell li kienet darba waslithom fil-quċċata. Ma’ Mike fix-xena tidħol Zoe, li kienet tħobb ħafna il-fotografija u jidher li t-tnejn sabu x’jgħaqqadhom, tant li bdew relazzjoni ta’ mħabba. Meta jasal il-waqt li jagħtu l-wirja tagħhom, il-maġġoranza tal-udjenza tkun magħmula minn nisa li għoxew b’dak li jkunu qegħdin jaraw. Xi whud minnhom anke jiġu mdaħħlin fil-wirja, wirja ta’ żfin erotiku u suġġestiv.
Film Amerikan, taħt id-direzzjoni ta’ Gregory Jacobs ikompli fejn kien ħalla l-ewwel film li kien ħareġ fl-2012 bl-isem ta’ Magic Mike. Minħabba li l-film fih ħafna xeni ta’ mġieba li ma tagħmel l-ebda ġieh li l-bniedem li jasal biex iwettaq dan. Il-film ukoll għandu l-użu ta’ droga, kliem goff, profann u irriverenza u għalhekk ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax–il sena.