Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM+, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:

Il‑Ħamis 1 ta’ Jannar  fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità tal-Imqaddsa Omm Alla mill-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.

Il-Ħadd, 4 ta’ Jannar fid-9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Solennità tal-Epifanija, bl-għoti tal-ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi. Fil-quddiesa ssir mill‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta u matulha jitħabbru l-Festi tal-Mulej.

Is-Sibt 10 ta’ Jannar fil-5:45pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall‑koppji li se jiżżewġu fl‑2026 fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.  

Il-Ħadd 11 ta’ Jannar, fid-9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa tas-Solennità tal-Magħmudija tal-Mulej mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara.

Il-Ħadd 18 ta’ Jannar, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-Kappella ta’ Sant’Antnin fil-Palazz tal-President f’Ħ’Attard.

Il-Ħadd 18 ta’ Jannar, fis-6:00pm l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz f’għeluq il-festi li jfakkru l-1800 sena mit-twelid ta’ San Lawrenz.

It-Tnejn 19 ta’ Jannar, fis-6:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-40 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi.

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Jannar, fis-6:30pm, l-Arċisqof imexxi s-Servizz Ekumeniku Djoċesan fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat.

Is-Sibt, 24 ta’ Jannar, fil-5:30pm, fil-Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof imexxi t-Traslazzjoni u l-Ewwel Għasar fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Wara, fis-6:00pm, jiċċelebra l-quddiesa.

Il-Ħadd 25 ta’ Jannar, fid-9:30am, l-Arċisqof imexxi l-Pontifikal tal‑festa tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina.