Matul ix‑xahar t’Awwissu, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:
Il‑Ħadd 3 t’Awwissu fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija fl‑Imġarr.
Il‑Ħamis 7 t’Awwissu fis‑7pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum il‑Ħajja fil‑Katidral ta’ Marija Assunta fir‑Rabat, Għawdex.
Is‑Sibt 9 t’Awwissu fis‑7pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’lejlet il‑festa ta’ San Gejtanu fil‑Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil‑Ħamrun, u fl‑okkażjoni tal‑150 anniversarju minn meta l‑parroċċa bdiet tilqa’ lill‑komunità.
Il‑Ħadd 10 t’Awwissu fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella tal‑Fidwa f’Selmun fil‑Mellieħa. Dakinhar fil‑5:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Bażilika ta’ Santa Marija fil‑Mosta fl‑okkażjoni tal‑50 sena mill‑inkurunazzjoni tal‑kwadru titulari.
Il‑Ħamis 14 t’Awwissu fil‑5:15pm, lejlet il-festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s‑Sema, l‑Arċisqof imexxi traslazzjoni, vespri u quddiesa fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina bis-sehem tal-Leġjun ta’ Marija.
Il‑Ġimgħa 15 t’Awwissu fid‑9am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s‑Sema fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija fil‑Gudja.
Il‑Ħadd 17 t’Awwissu fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Santwarju ta’ San Pawl tal‑Ħġejjeġ f’San Pawl il‑Baħar.
Is‑Sibt 23 t’Awwissu fis‑6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Matthew Pulis bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil‑Manikata.
Il‑Ħadd 24 t’Awwissu fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Franġisk t’Assisi fil-Qawra.