Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:
- Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
- Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:
Il‑Ħadd 1 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Omm Alla mill‑Kappella tad‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.
Is‑Sibt 7 ta’ Jannar, fis‑5:45 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall‑koppji li żżewġu fl‑2022 fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il‑Ħadd 8 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal-Epifanija mill-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, li matulha se jippreżenta n-Nunzju Appostoliku l-ġdid Mons. Arċisqof Savio Hon Tai-Fai. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.
It‑Tlieta 10 ta’ Jannar, fil-5:00 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra t-talb tal-għasar flimkien mas-Sorijiet Klarissi, fil-Monasteru ta’ Santa Klara, il-Kappara.
Is‑Sibt 14 ta’ Jannar, fis‑5:45 p.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa għall‑koppji li se jiżżewġu fl‑2023 fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Il-Ħamis 19 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa bis-sehem tas-sorijiet Ġerosolmitani tal-klawsura fil-Monasteru ta’ Sant’Ursula, il-Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.
Il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar, fis-6:30 p.m., Mons. Arċisqof jieħu sehem fis-servizz ekumumiku djoċesan fil-Knisja ta’ San Nikola tal-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli, il-Belt Valletta.
Is‑Sibt 21 ta’ Jannar, fil‑5:15 p.m., Mons. Arċisqof imexxi traslazzjoni u l‑ewwel għasar, u fis-6:00 p.m. jiċċelebra quddiesa lejlet il‑festa tal‑Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina.
Il‑Ħadd 22 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.
Il-Ħamis 26 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Din tixxandar fuq TVM.
Il‑Ħadd 29 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal-Ħadd mill-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke, li fiha jagħti l-ministeru tal-lettorat lis-seminarista Matthew Sammut. Wara l-Arċisqof jiltaqa’ mal-parruċċani. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u l‑istazzjon tar‑radju 103.