• Labor Day

  • ***

    Direttur:          Jason Reitman
    Atturi:             Kate Winslet, Josh Brolin, Gattlin Griffith, Tobey Maguire, Clark Gregg u Brooke Smith
    Ħin tal-film:    111 min
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12
     
    Il-film illaqqagħna ma’  Adele Wheeler, omm b’dipressjoni qawwija u li qegħda tieħu ħsieb lil
    Henry, tifel ta’ tletttax –il sena. Waqt li kienu jixtru, raġel mċappas bid-demm  javviċina lil
    Henry u jitolbu biex jieħdu d-dar biex jieħu ħsiebu. Ma ndumux ma nkunu nafu li dan ir-
    raġel kien Frank Chaboer, ħabsi maħrub u li kien għadu kif ħarab minn ġewwa l-isptar fejn 
    kien rekoverat wara operazzjoni tal-appendix. Permezz ta’ flaxkbacks insiru nafu li Frank
    kien veteran tal-gwerra fil-Vjetnam u li kif rega’ lura lejn l-Amerika żżewweġ lil Mandy, il-
    maħuba tiegħu li kienet tqila b’tarbija.  Disgrazzjatament, sena wara li twieled it-tifel, Frank
    u Mandy tlewmu u waqt it-tilwima Mandy żvelat li t-tarbija ma kienitx tiegħu. Frank żibel u
    aċċidentalment imbottah u Mandy waqgħet u ħabtet rasha mar-radiator u mietet. Riżultat
    ta’ dan l-inċident sfortunat,  Frank ġie mixli u nstab ħati tal-qtil ta’ Mandy u li wkoll ikaġuna
    l-mewt tat-tarbija li kienet tħallliet waħedha fil-banju mimli bl-ilma. Adele tibda tieħu ħsieb
    lil Frank u ma jdumux ma jinġibdu lejn xulxin tant fi żmien ta’ ftit jiem, jiddeċiedu li jħallu l-
    Amerika u jmoru l-Kanada. It-tħejjiha tibda waqt Jum il-Ħaddiem . Sadanittant, Henry jibda
    ħbiberija ma’ Eleanor,  tfajla manipulativa u li ddaħħal f’ras Henry li Adele u Frank kienu
    sejrin jitilqu lejn l-Kanada u jħalluh waħdu hemmhekk, dan  wara li Henry żvela kollox ta’
    x’kien qiegħed jiġri fid-dar. X’jiġri minn hawn? Tgħid  jirnexxielhom Adele u Frank flimkien
    ma’ Henry jaħarbu lejn il-Kanada fejn hemm kien ittamat li jibdew ħajja ġdida?

    Film maħdum tajjeb, b’reċtar mill-aqwa u  bi storja tajba ta’ mħabba ġenwina u umana.
    Minħabba xi  vjolenza, xi  mġieba mhux tant  korretta kif ukoll it-tema tal-film, ikun tajjeb
    li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena.