-
Homefront
-
***
Direttur: Gary Fleder
Atturi: Jason Statham, James Franco, Winona Ryder
Ħin: 100 minuti
Klassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 18
Phil Broker, ex-suldat u ex-detective, issa li safa armel, jieħu lil binthu ta’ 10 snin Maddy u jmur joqgħod f’raħal f’Louisiana biex iħalli l-passat tiegħu warajħ u jerġa’ jibda jgħix mill-ġdid. Imma hawnhekk isibha diffiċli li jingala man-nies tal-post li ma’ tantx jafdaw lil barranin, u malajr ikollu xi jgħid ma’ xi wħud minnhom li huma aggressivi, fosthom ma omm ta’ wieħed bully li ma’ taħmilx il-ġid li jidher li għandu. Dil-mara tgħid lil ħuha Gator, gangster, biex ‘ibeżża’’ lil Phil, u jinqala’ l-inkwiet. It-tfajla ta’ Gator, Sheryl, tikkuntattja lil wieħed li kien imexxi d-drogi u li Phil kien tefgħu l-ħabs u dan jgħidilha biex joqtluħ. Issir straġi meta jiġu għal Phil u binthu, iżda jibqgħu sorpriżi bil-ħila ta’ Phil għal ġlied.
Film t’azzjoni u thriller, bi script ta’ Sylvester Stallone ibbażat fuq novella ta’ Chuck Logan. L-iktar ħaġa interessanti f’dan il-film huma l-atturi li taħt id-direzzjoni mill-aqwa ta’ Fleder jagħtu l-aħjar tagħhom u jqajmu ċertu interess. Iżda l-iscript u l-plot huma batuti. Fih xeni ta’ vjolenza qawwija, kliem ħażin, kontenut sesswali u teħid ta’ droga. Jgħodd għal udjenza adulta.