-
-
***
Direttur: Olivier Dahan
Atturi: Nicole Kidman, Tim Roth, Frank Langella, Parker Posey, Milo Ventimiglia, Derek Jacobi u Paz Vega
Ħin tal-Film: 103 min
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: PG
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PGFl-1961, il-magħruf Direttur taċ-ċinema Alfred Hitchcock ipprova jħajjar lill-eks attriċi Grace Kelly, issa Prinċipessa ta’ Monaco, biex tieħu sehem fil-film li kien qiegħed iħejji bl-isem ta’ Marnie. Qatt ma basar li din l-proposta tiegħu kienet sejra tqanqal tant inkwiet fil- familja rjali ta’ Monaco. Grace Kelly li minn attrici prominenti ġewwa Hollywood, sabet ruħha fl-1956, prinċipessa, miżżewwġa lil Prinċep Rainer III. Kien żmien diffiċli ħafna għal familja rjali ġewwa r-renju ċkejken ta’ Monaco. Kien żmien imqanqal ħafna. Franża kienet qegħda tħabbat wiċċha ma’ ħafna problemi ġewwa l-kolonja tagħha fl- Alġerija. Charles de Gaul, il-President ta’ Franża, ħada qatta bla ħabel kontra dan ir-renju u ried li Monaco tibda tintaxxa lil dawk il-Franċiżi kollha li ddeċidew li jinvestu f’Monaco fejn hemm ma kienx hemm ħlas ta’ taxxa. De Gaule ppretenda li dan ma kellux ikun u għalhekk fetaħ tilwima kontra Monaco billi bblokka l-ħruġ jew id-dħul għal Monaco. Grace ssib ruħha f’din it-tilwima barra wkoll li bdiet tħoss li l-ħajja ta’ prinċipessa ma kienitx daqshekk faċli. Biex tkompli tħawwad il-borma, Antoinette, oħt Rainer, bdiet tikkonfoffa ma’ Pariġi biex hi tieħu post ħuha Rainer. Grace, f’dan l-inkwiet kollu, barra li kellha l-proposta ta’ Hitchcock li Rainer kien għal kollox kontra li hi tieħu sehem fil-film, issa li hi priċipessa, ħarġet bl-idea li tagħmel ballu kbir u li għalih tistieden lill-kbarat kollha, inluż De Gaule. Dan il-ballu organizzatu biex issostni l-moviment tas-Salib l-Aħmar ġewwa Monaco li kien f’qagħda finanzjarja diżastruża tant li ftit li xejn kien f’qagħda li jgħin. X’jiġri fil-ballu? Tgħid il- Prinċipessa Grace tiddeċiedi li wara kollox postha kien f’Monaco u mhux ġewwa Hollywood? Film interessanti iżda li ġie kkritikat minn ulied il-Prinċipessa Grace, Princep Albert II, Caroline u Stephanie. Anke storikament, il-film ħawwad sew l-istorja ta’ x’ġara eżattament. Nikole Kidman qalgħet il-parti tajjeb u wriet parti zgħira mill-ħajja ta’ Grace fejn tispikka l- umiltà, il-beżgħat u d-dgħjufija tagħha.