• *** 

    Direttur: Stephen Gaghan

    Atturi: Matthew McConaughey, EdgarRamirez, Bryce Dallas Howard, Corey Stoll, Toby Kebbell, Craig T. Nelson u Buce Greenwood.

    Ħin tal-Film: 121 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd. 

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Ninsabu fis-sena 1988, Kenny Wells kien dejjem joħlom u anke jistinka biex ikun suċċess fil-ħajja tiegħu bħala Amerikan. Kien spiss jtenni: “Għandi ħolma. Ħlomtha. Jekk jirnexxielek tbiegħ din il-ħolma, x’jibqagħlek?” Il-film GOLD hu msejjes fuq storja vera ta’ bniedem Amerikan li f’dak kollu li kien jidħol għalih u jirsisti b’saħħtu kollha biex jirnexxi. Wells  kien ġej minn familja li kienet tinnegozja fil-minjieri fejn bħal missieru u nies bħalu ma kienux jibżgħu li jirriskjaw u li jmorru f’postijiet mbegħda bid-diffikulatajiet kollha li setgħu jiltaqgħu magħhom.  Well  jinsab jgħix f’ħolma u wara li jbiegħ kull ma kellu jerħila lejn l-Indonesia fejn hemm kien jittama li f’nofs ġungla jsib minjiera tad-deheb. Biex jgħinu fil-ħsieb tiegħu u jibda jwettqu, fittex l-għajnuna ta’ Mike Acosta, geologu  magħruf bħala “river walker”. B’kuntratt miktub bejniethom u ffirmat fuq biċċa sarvetta tal-karti, ftehmu li jaqsmu l-ġid li jirnexxielhom jakkwistaw b’nofs nofs . Il-bidu xejn ma kien faċli. F’nofs ġungla fil-Borneo, f’temperaturi u umdita għoljin ma kienitx faċli u kien hemm mumenti meta bdew jaqtgħu qalbhom l-iktar meta Wells stess ha l-marda tal-malarja. Iżda l-perseveranza ta’ dawn it-tnejn tat il-frott meta sabu minjiera tad-deheb li kien maħsub li kienet l-ikbar minjiera li qatt instabet fid-dinja. Kollox kien juri li Kenny u sieħbu saru l-ikbar sinjuri fid-dinja għas-sejba li kienu għamlu. Iżda  kif ħafna drabi jiġri madwar is-suċċess ikun hemm minn jipprova jipproffitta ruħu:  politikanti korrotti, bankiera b’żewġ uċuh u uffiċjali governativi li kollha jibdew jaraw kif sejrin jipproffitaw ruħhom minn dan il-ġid kollu. X’jiġri minn hawn?  Kien veru deheb pur li kienu sabu  Kenny u Accosta jew xi  hadd ipprova jagħddihom biż-żmien sakemm fl-aħħar il-bużżieqa nfaqqat f’wiċċ kulħadd?  

    Film Amerikan ta’ avventura u fl-istess waqt juri l-ħażen ta’  ċerti nies li dejjem lesti biex iqarrqu għad-detriment  ta’ oħrajn.  Il-film hu taħt id-direzzjoni ta’ Stephen Gaghan,  kitba  tiegħu stess, ta’ Patrick Massett u John Zimman. Minħabba lingwaġġ goff, it-ton morali baxx u bla skruplu kif   ukoll  koabitazzjoni jkun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.