-
-
**
Direttur: Ben Wheatley
Atturi: Brie Larson, Sharlto Copley, Armie Hammer, Cilllian Murphy, Jack Reymor, Michael Smiley, Sam Riley, Noah Taylor u Enzo Cilenti
Ħin tal-Film: 90 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
Grupp ta’ kriminali jinġabru f’maħżen ġewwa Massachusetts fi tmiem ta’ snin sebgħin . Fosthom hemm Bernie, Stevo, Chris, Frank u Justine, intermedjarja li kienet hemm biex tressaq lejn xulxin grupp ieħor ta’ kriminali li kellu l-ħsieb li jbiegħ numru kbir ta’ armi lil dan il-grupp. Ord kien il-mexxej li kien sejjer imexxi dan il-ftehim u kien hu li fil-bidu tal-laqgħa pprova jikkalma l-qagħda. L-iskop tal-laqgħa kien li jsir dan il-bejgħ ta’ armi għal somma kbira ta’ flus. Għalkemm l-armi li ġew murija ma kienux dawk li kien sar il-ftehim qabel, iżda wara diskuzzjoni intlaħħaq ftehim li jsir il-bejgħ. Sa hawn kollox mexa ħarir u wara li l-flus għaddew minnaħa għall-oħra bħala ħlas u ġew iċċekkjati, Ord sejjah lil Vernon u lil sieħbu Martin biex jidħlu ġewwa l-maħżen bil-kumplament tal-armi. Vernon u Martin kienu negozjanti tal-armi u kienu ħerqana li dan il-ftehim isir. Kollox mexa sew, sakemm Bernie u Stevo li kienu ġew hemm biex iġorru l-armi ġewwa t-truck ġew msejjħa biex jibdew ix-xogħol. Stevo kien midrub f’wiċċu riżultat ta’ ġlieda li kellu l-lejl ta’ qabel. Stevo jintebaħ b’Harry li kien qiegħed isuq il-van u hawn Stevo jitħawwad waħda sew. Kif Gordon u Harry joħorġu mill-van u jibdew iħottu l-armi. Frank jidejjaq meta Stevo jibda jżomm ruħu lura biex jagħmel ix-xogħol li ġie mħallas għalih. Harry kif ra lil Stevo, jaqbeż fuqu b’lieva f’idejh u jħebb għalih. Kemm Stevo u Harry kellhom feriti friski minn ġlieda serja li kellhom il-lejl ta’ qabel. X’kien ġara f’dik il-lejla? Riżultat ta’din it-tilwima, jinqala’ frakass sħiħ bejn iż-żewġ gruppi. Fi ftit sekondi l-maħżen jinbidel f’arena ta’ gwerra totali, sparar lejn xulxin. F’din is-sitwazzjoni li żviluppat bla mistenni, kien sejjer ikun hemm xi hadd minn dawk li kienu hemm, li jibqa’ ħaj?
Film Brittaniku, kummiedja u mimli azzjoni, hu taħt id-direzzjoni ta’ Ben Wheatley u kitba ta’ Wheatley u Amy Jump. Minħabba battalja bl-isparar li żviluppat bejn iż-żewġ gruppi ta’ kriminali mingħajr l-ebda rispett lejn il-ħajja, kif ukoll kliem baxx u goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax -il sena.