-
-
***
Direttur: Atom Egoyan
Atturi: Reese Witherspoon, MireiIlle Enos, Colin Firth, Dane DeHaan, Kevin Durand, Bruce Greenwood, Stephen Moyer, Elias Koteas u Amy Ryan
Ħin tal-Film: 114 min
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15Fl-1993, ġewwa West Memphis, Arkansas, tliet subien ta’ tmien snin, Steve Branch, Christopher Byers u Michael Moore għebu wara li kienu jilgħabu qrib darhom. Wara tfittxija intensiva, l-iġsma tagħhom instabu l-għada, marbuta u msawwta. F’qasir żmien dan il-qtil ta’ dawn it-tliet itfal innoċenti qajjem ferment kontra grupp ta’ żgħazagh li kienu jipprattikaw il-kult sataniku qrib fejn instabu l-iġsma tat-tfal. Il-pulizija u l-komunita` ġew għal din il-konklużjoni minħabba l-fatt li l-qtil kien tant vjolenti u anke sesswali. Fi żmien xahar wara li twettaq dan id-delitt, tliet żgħażagh, Damien Echols ta’ tmitax –il sena, , Jason Baldwin, ta’ sittax u Jessie Misskelley, ta’ sbatax b’diżabilita` mentali, ġew arrestati wara li Misskelley ammetta wara erba’ sigħat interrogazzjoni li kienu huma t-tlieta li wettqu d-delitt. Meta jitressqu l-qorti quddiem ġurija, għalkemm kien hemm provi kontrihom, l-aktar ix-xhieda li kien ta’ Misskelley, Baldwin u Echols baqgħu jirsistu li huma mhumiex ħatja, X’jiġri fil-qorti, għalkemm kien hemm nuqqas kbir ta’ provi ċari li kienu huma li wettqu d-delitt? Esperti forensiċi u investigatur privat, Ron Lax, bdew juru biċ-ċar li kien hemm dubji serji li t-tliet akkużati ma kienux ħatja. Iżda x’ġara fil-qorti? X’kien il-verdett tal-ġurija? Kien fil-fatt verdett li li f’dan il-każ ma sarx ħaqq kif supost li kellu jsir?
Film interessanti ħafna, msejjes fuq fatti vera u li sallum it-tliet żgħażagh, għalkemm issa għandhom ‘l fuq minn tletin sena, għadhom jirsistu l-innoċenza tagħhom. Każ tipiku ta’ ġustizzja li l-preġudizzju rebaħ fuq il-verita`. Tgħid xi darba jinqabad min kien tassew il-qattiel? Minħabba l-istorja fiha nfisha, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax –il sena.