-
-
****
Direttur: Matt Reeves
Atturi: Andy Serkis, Jason Clarke, Gary Oldman, Keri Russell, Toby Kebbel, Judy Greer u Kodi Smit-McPhee
Ħin tal-Film: 130 min.
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12Għaxar snin għaddew minn meta numru ta’ gorilli ħarbu minn żu ġewwa San Francisco. Sadanittant matul dawn is-snin, id-Dinja nħakkmet minn pandemija tal-vajrus ALZ-113. Illum -il ġurnata, insibu lil Caesar, gorilla ta’ eta` tan-nofs, imexxi ġenerazzjoni ta’ gorilli xi whud minnhom kienu miegħu meta ħarbu għaxar snin ilu. Waqt li Ceasar kien ma’ sħabu jikkaċċjaw għaċ-ċriv, jissejjaħ lura lejn il-foresta fejn martu kienet waslet biex twelled u kif fil-fatt seħħ. Issa Caesar għandu familja, mdawwar b’martu Cornelia, ibnu River u issa wild ġdid. Sadanittant Malcolm li ma kienx intlaqat mill-vajrus, ALZ-113 jikkonvinċi lil Dreyus, il-mexxej tal-bnedmin li kienu għadhom ħajjin biex itiħ tliet ijiem biex jagħmel kuntatt mal-gorilli u ġġib paċi magħhom bit-tama li dawn jgħinuhom biex ikunu jistgħu ineħħu l-imblokk li kien qiegħed iżomm il-belt ta’ San Francisco li jkollha d-dawl elettriku. Drejus kien tal-idea li joqtlu lill-gorilli iżda Malcolm ra l-potenzjal li minnflok ikun hemm gwerra bejn il-bnedmin u l-gorilli, jkun hemm paċi u solidarjeta` bejniethom. Caesar jagħmilha ċara mal-grupp li kien mexxa Malcolm flimkien ma’ ibnu Alex u Ellie, ħabiba nurse, li “Il-gorilli ma jridux gwerra”. Iżda dan ma kienx il-ħsieb ta’ Koba, gorilla li kien ġie abbużat waqt esperimenti fil-laboratorju ta’ Gen-Sys. Xejn ma għoġbitu l-idea li Caesar jagħmel patt ta’ ħbiberija mal-bnedmin. Tgħid Malcolm jirnexxielu jipperswadi lil Ceasar u lil sħabu biex igħinuhom iwarrbu l-imblokk biex l-ilma jerġa’ jgħin biex jiġġenera l-elettriku. Xi tkun ir-reazzjoni ta’ Koba l-aktar meta Ellie fejqet lill-mart Caesar minn infezzjoni li kienet waslitha qrib il-mewt? Caesar bħala tpattija offra l-għajnuna tiegħu u ta’ sħabu iżda Koba qies din l-imġieba tiegħu bħala tradiment. X’jiġri minn hawn?
Film ta’ fantaxjenza bi 3D li ssegwi l-film li ħareġ fl-2011: Rise of the Planet of the Apes. Fil-film joħorġu tajjeb il-karattri paċifisti ta’ Malcolm u Caesar waqt ukoll juri b’mod negattiv u distruttiv ta’ Koba kif ukoll xi bnedmin li ma kienux jafdaw lill-gorilli. Minħabba vjolenza, kliem goff kif ukoll t-tema tal-film, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax–il sena.