John 14, 7-14

If you know me, you will know my Father too. From this moment you know him and have seen him. Philip said, ‘Lord, show us the Father and then we shall be satisfied.’ Jesus said to him, ‘Have I been with you all this time, Philip, and you still do not know me? ‘Anyone who has seen me has seen the Father, so how can you say, “Show us the Father”? Do you not believe that I am in the Father and the Father is in me? What I say to you I do not speak of my own accord: it is the Father, living in me, who is doing his works. You must believe me when I say that I am in the Father and the Father is in me; or at least believe it on the evidence of these works. In all truth I tell you, whoever believes in me will perform the same works as I do myself, and will perform even greater works, because I am going to the Father. Whatever you ask in my name I will do, so that the Father may be glorified in the Son. If you ask me anything in my name, I will do it.

The Saint of the day: St Zita


Ġwann,14, 7-14

Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu. Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija. Jekk m’hux għal ħaġ’oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier. U jekk titolbu xi ħaġa f’ismi jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun igglorifikat permezz ta’ Ibnu. Iva, jekk titolbuni xi ħaġa f’ismi, jiena nagħmilha.

Il-Qaddis tal-jum: Santa Zita