• ***

    Direttur: Dax Shepard

    Atturi: Dax Shephard, Michael Péna, Vincent D’Onofrio, Isiah Whitlock, Adam Brody, Rosa Salazar, Vida Guerra u Kristen Bell

    Ħin tal-Film: 101 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Jon Baker u Frank Poncherello ngħaqqdu ma’ California Highway Patrol għar-raġunjiet differenti. Jon jinsab fi stat diffiċli, għaliex mhux biss ħalla warajh il-ħajja bħala motorbiker professjonali fejn kellu numru ta’ inċidenti, iżda wkoll kien qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex isalva ż-żwieġ tiegħu li kien jinsab f’periklu kbir li jfalli. Frank, minnaħa l-oħra, hu bniedem prużuntuż u bħalissa qiegħed jaħdem bħala aġent fil-moħbi biex jinvestiga operazzjoni li kien jidher li kienet qegħda trendi miljuni ta’ dollari għal dawk li kienu qegħdin jħaddmu din l-attivita’ kriminali. Il-problema kienet, li biċ-ċar, dawk li kienu nvoluti kienu  personal li kienu jaħdmu fis-sessjoni tal-California Highway Patrol. Sadanittant, Jon hu eċċitat ħafna li issa rrnexxielu jidħol jaħdem bħala patrol għax barra l-eċċitament li kien joffri x-xogħol, kien qiegħed jittama li meta l-mara tiegħu tarah libes l-uniformi, terġa’ tinġibed lejh u tibda tinteressa ruħha fih għal darb’oħra.  Jon u Frank  ġew assenjati biex jaħdmu flimkien. Frank kien iħoss li sieħbu Jon kien qiegħed ikun wisq intimu man-nies, waqt  li Jon kien qiegħed iħoss li Frank kien wisq aħrax kif qiegħed jittrata man-nies u ftit li xejn kien lest li jittolera lil dawk li kienu jonqsu minn xi regola tat-traffiku. Kien spiss li t-tnejn ma kienux jaqblu iżda b’mod jew ieħor, għalkemm kienu jikkrittikaw lil xulxin fuq ix-xogħol, kienu dedikati ħafna u ma damux ma skoprew li fil-korp kien hemm numru sostanzjali ta’ pulizija korrotti. Il-problema kienet kif sejrin jippinjaw dawn il-krimanina li, deher bic-car, li kienu mmexxjia minn  Vic Brown. Kien hemm il-ħtieġa li Jon u Frank jippjanaw sew kif sejrin jaqbdu dawn il-kriminali u jwaqqfuhom milli jkomplu jaħtfu f’idejhom tant miljuni għad-detriment ta’  tant nies. Tgħid  jirnexxielhom li fl-aħħar jaqbdu lil dawn l-uffiċjali korrotti fil-fatt?

    Film Amerikan, kummiedja u mimli azzjoni, ħu taħt id-direzzjoni u kitba ta’ Dax Shepard.  Dan il-film hu msejjes fuq serje televiżiva li kienet tintwera fis-snin sebgħin u tmenin bl-istess isem. Minħabba kliem goff kif ukoll xeni  ta’ sess u kliem doppju sens, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.