*** Diretturi: Alessandro Carloni, Jennifer Yuh Nelson Atturi: (vuċijiet ta’) Jack Black, Angelina Jolie, Dustin Hoffman Ħin: 95 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited. Klassifika tal-Gvern: U Klassifika tal-Knisja: UPG Kai, li jixbaħ lil barri, irnexxielu jaħkem lid-dinja ta’ l-ispirti billi ħataf il Chi. Kai oriġinalment kien sieħeb ta’ Oogway, il-fekruna li vvintat il-kung fu, imma billi għamel użu ħażin minn Chi, il-forza tal-ħajja, inbidel f’aggressur malinn mogħni b’setgħat supernaturali, għatxan għal poter…
*** Direttur: John Hillcoat Atturi: Casey Affleck, Chiwetel Ejiofor, Anthony Mackie Ħin: 115 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited. Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 Wara li Terrell u sħabu, żewġ pulizija korrotti u żewġ ex-suldati, iwettqu serqa perikoluża minn bank għal kap bla qalb ta’ mafja Russa, Irina Vaslov, hija tinsisti li mhux se tħallashom qabel ma jagħmlu biċċa xogħol oħra aktar diffiċli…
**** Direttur: Kevin Reynolds Atturi: Joseph Fiennes, Tom Felton, Peter Firth, Cliff Curtis, Maria Botto, Luis Callejo Antonio Gill, Stewart Scudamore u Jose Manjon Ħin tal-Film: 107 min Maħruġ minn KRS Releasing Ltd. Klassifika taċ-Ċensura: 12A Klassifika tal-Knisja: 12 Il-Film RISEN hu l-istorja bibblika tal-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu, hekk kif irrakkontata minn persuna bla twemmin, Clavius, tribun Ruman militari ta’ poter li taħt l-għamar ta’ Ponzju Pilatu jiġi mitlub isib il-katavru, biex ixxejjen ix-xniegħa li l-Messija kien irxoxta…
** Direttur: Burr Steers Atturi: Lily James, Sam Riley, Bella Heathcoate, Jack Huston Ħin: 108 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 Il-koppja Bennet jgħixu f’dar kbira fil-kampanja; għandhom ħamest itfal bniet, u l-iktar ħaġa mportanti għalihom hi li jżewġuhom lill-irġiel li huma tat-tajjeb u li għandhom pożizzjoni tajba fis-soċjeta’. It-tieni tifla, Elizabeth jew Lizzy, għandha ħila kbira biex tosserva b’mod kritiku d-diversi żgħażagħ li jridu jiżżewġuha, fosthom Charles Bingley, Parson William Collins, u George Wickham…
* Direttur: Ben Stiller Atturi: Ben Stiller, Owen Wilson, Penelope Cruz, Will Ferrell Ħin: 98 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: 12A Klassifika tal-Knisja: 18 F’Zoolander’ (2001), Derek Zoolander kien jimpika mar-rival tiegħu Hansel McDonald għar-rebħ tat-titlu ta’ l-aqwa mudell maskili tad-dinja, għalkemm dawn it-tnejn spiċċaw biex saru ħbieb. Issa għaddew 15 il-sena u t-tnejn li huma ma’ baqgħux attivi fid-dinja tal-moda…
* Direttur: Luca Guadagnino Atturi: Ralph Fiennes, Tilda Swinton, Matthias Schoenaerts Ħin: 124 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 Marianne Lane hija rock star famuża imma bħalissa qegħda tieħu vaganza, flimkien mas-sieħeb tagħha Paul, li jagħmel id-dokumentarji, ġo villa lussuża bi swimming pool fl-għoljiet ta’ Pantelleria biex isserraħ il-vuċi tagħha wara operazzjoni li għamlet fi griżmejha…
*** Direttur: Craig Gillespie Atturi: Chris Pine, Casey Affleck, Ben Foster, Holliday Grainger, John Ortiz u Eric Bana Ħin tal-Film: 117 min Maħruġ minn KRS Releasing Ltd Klassifika taċ-Ċensura: 12A Klassifika tal-Knisja: 12 Bernard “Bernie” Webber jagħmel bħala parti mill-ekwipaġġ ta’ stazzjon ta’ Coast Guard ġewwa Chatham, Massachusetts f’Cape Cod. Jinsab f’relazzjoni ta’ mħabba ma’ tfajla lokali Miriam Pentinen…
**** Direttur: Ericson Core Atturi: Edgar Ramirez, Luke Bracey, Teresa Palmer, Delroy Lindo, Ray Winstone, Matias Varela, Clemens Schick u Tobias Santelmann Ħin tal-Film: 113 min Maħruġ minn KRS Releasing Ltd Klassifika taċ-Ċensura: 12A Klassifika tal-Knisja: 12 Johnny Utah hu atleta estrem, lest għal kull sfida. Flimkien ma’ sieħbu Jeff, jittanta fuq il-muturi tagħhom li jittraversaw fuq medda dejqa ta’ art għolja iżda li spiċċat bi traġedja meta Jeff ma jirnexxielhux iwettaqha b’suċċess…
*** Direttur: Oliver Parker Atturi: Toby Jones, Catherine Zeta-Jones, Bill Nighy Ħin: 100 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: PG Klassifika tal-Knisja: 12A Fl-1944, hekk kif it-Tieni Gwerra Dinjija tkun waslet qrib it-tmiem tagħha, f’Walmington-on-sea, raħal qrib il-baħar fin-nofs inhar tal-Ingilterra, Capt. Mainwaring huwa l-kaptan ta’ platoon ta’ suldati voluntiera, xi wħud anzjani u xi wħud żgħażagħ li ma’ setgħux jingaġġaw fl-army propja…
***** Direttur: Jay Roach Atturi: Bryan Cranston, Diane Lane, Helen Mirren Ħin: 124 minuti Maħruġ minn KRS Releasing Limited Klassifika tal-Gvern: 12 Klassifika tal-Knisja: 15 Dalton Trumbo fl-1943 ingħaqad mal-Partit Kumunista, fi żmien meta l-Amerika u l-USSR kienu alleati. Il-film jibda fl-1947: Trumbo jkun screenwriter imfittex ħafna u sinjur, iżda tkun bdiet il-gwerra bierda bejn l-Amerika u l-USSR, u għalhekk, minħabba t-tessera li jkollu tal-Partit Kumunista, jiġi ordnat jidher quddiem il-kumitat tal-Kongress Amerikan li jkun qed jindaga l-attivitajiet anti-amerikani…