Power Rangers
28/03/2017- ****
Direttur: Dean Israelite
Atturi:Dacre Montgomery, Naomi Scott, RJ Cyler, Becky G, Ludi Lin, Bill Hader, Bryan Cranston u Elizabeth Banks
Ħin tal-Film:124 min
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:12A
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12
Ħames żgħażagh jingħaqdu flimkien b’koinċidenza, biex iwettqu missjoni importanti li jsalvaw mhux biss belthom, f’Angel Grove, iżda wkoll id-dinja kollha. Il-ħames żgħażagħ ma kienux jafu lil xulxin minn qabel. Dawn kienu Jason Scott, futboler tajjeb, Billy Cranston, żagħżugħ antisoċjali u daqxejn stramb, Kimberly Hart, tfajla popolari ħafna, Zack, ġuvni mpulsiv u Trini Kwan, tfajla b’karattru kwiet u lesbjana…