Featured

God’s judgement and man’s judgement – Bishop Galea-Curmi

Mass in the memorial of St Aloysius Gonzaga

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Xi jrid jgħid biha Ġesù meta jgħidilna “Tiġġudikawx”? Hawnhekk Ġesù qed jitkellem fuq ġudizzju negattiv fuq l-oħrajn, tant hu hekk li jsemmi – jgħidha b’mod esaġerat – li int tara t-tibna f’għajn ħuk u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek stess. Għalhekk Ġesù qed jgħidilna “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati”.

Biex nifhmu dal-kliem ta’ Ġesù, hu importanti li nagħmlu d-distinzjoni li hu dejjem għamel – imma ssib diversi nies li jgħidu li lanqas tista’ tagħmilha – bejn il-persuna u l-azzjoni, dak li tagħmel il-persuna… Read more »

The solemnity of the Birth of St John Baptist

  The Co-Cathedral of St John, Valletta
Gwanni Battista

The solemnity of the Birth of St John the Baptist will be celebrated at St John’s Co-Cathedral in Valletta with the following programme. On Wednesday 23rd June, vigil of the Solemnity, the solemn translation of the holy relic of St John the Baptist, will start at 6pm followed by First Vespers (evening prayers) and Solemn High Mass presided by Archbishop Charles Scicluna together with the Metropolitan Chapter… Read more »

With us in the storm of life – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li ħadd minna mhu se jlum lil dawk id-dixxipli li kienu ma’ Ġesù fid-dgħajsa qed jaqsmu l-baħar tal-Galilija, li twerwru meta qabdithom il-maltempata. L-Evanġelju jgħid li f’daqqa waħda, qam riefnu kbir, il-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, u din bdiet timtela bl-ilma. Sitwazzjoni tal-biża’! U qalb dan kollu, hemm Ġesù li qiegħed magħhom, imma rieqed fil-poppa tad-dgħajsa. Bilfors kienet raqda fil-fond, biex f’dil-maltempata kollha baqa’ rieqed… Read more »

The Sunday Gospel: 20th June

Twelfth Sunday in Ordinary Time
Readings of the day

First Reading: Job 38, 1,8-11
Psalm: 106(107), 23-24,25-26,28-29,30-31
Second Reading: 2 Cor 5, 14-17

Gospel: Mk 4, 35-41

On that day, when evening had come, Jesus said to his disciples, “Let us go across to the other side.” And leaving the crowd behind, they took him with them in the boat, just as he was… Read more »

Endless treasure – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kultant ma jkunx faċli li nifhmu mill-ewwel il-kliem ta’ Ġesù, imma dak li jgħid illum fl-Evanġelju żgur li nifhmuh mill-ewwel, anke għax tant narawh fl-esperjenza tal-ħajja. Ġesù jgħid: “tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja”, u jgħid għaliex: għax it-teżori ta’ din id-dinja jispiċċaw, jew għax jitmermru bil-kamla u bis-sadid, jew għax il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Dawn huma kollha provviżorji, it-teżori ta’ din id-dinja… Read more »

Crisis of faith and humanity? – The Archbishop

Speech for the 2021 in-service course for the clergy

Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna

L-ewwel nett insellem lil kull min qed jieħu sehem u nirringrazzja ħafna u mill-qalb lil kull min ipprepara u ħa sehem bil-preżentazzjonijiet li kellna dalgħodu. Għandna ħafna materjal x’nomogħdu; jiġifieri diffiċli ħafna toħloq reazzjoni meta inti f’dawn id-90 minuta kont ibbumbardjat b’tant informazzjoni, b’tant osservazzjonijiet, b’tant riflessjonijiet; inklużi anke r-riflessjonijiet profondi li ta Ranier Fsadni. 

Nirringrazzja ħafna lill-Fakultà tat-Teoloġiija li ffaċilitat din ir-riċerka li għandha l-validità tagħha, imma nifhmu wkoll, li hemm persentaġġ għoli tal-popolazzjoni tagħna li ma jirrispondux sondaġġi online, jiġifieri rridu nagħmlu wkoll riċerka qabel nieħdu konklużjonijiet apodeittiċi (stabbiliti b’mod ċar) jew dommatiċi li dawk l-elf persuna jew iżjed li rrispondew huma ta’ ċertu indikazzjoni, imma hemm ukoll perċentwal ta’ nies li jkunu fuq Facebook, imma mhux bilfors jirrispondu sondaġġi online… Read more »

Let’s be better listeners – Bishop Galea-Curmi

Speech for the 2021 in-service course for the clergy

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nixtieq nirringrazzja lill-organizzaturi ta’ dan l-Aġġornament tal-Kleru, lill-kelliema u l-parteċipanti kollha, kif ukoll lilkom ilkoll li segwejtu b’attenzjoni. Kienu tlett ijiem mimlija, li żgur għenuna ħafna biex nirriflettu fuq kif nistgħu nkunu saċerdoti li aktar nisimgħu lil Alla, lil xulxin, u lir-realtà tas-soċjetà li fiha ngħixu, proprju f’din is-sena meta qegħdin nenfasizzaw b’mod speċjali s-smigħ fil-kuntest tad-dokument ekkleżjali ‘Knisja Waħda Vjaġġ Wieħed’… Read more »

The effects of the pandemic discussed during the 2021 in-service course for the clergy

Matul din il-ġimgħa sar l-Aġġornament tal-Kleru fuq tlett ijiem (14 – 16 ta’ Ġunju), li għalih attendew madwar 200 membru bejn saċerdoti djoċesani u reliġjużi. It-tema għal din is-sena kienet Is-Saċerdot u l-2021: X’qed jinbet? u ddiskutiet il-bidliet li għaddej minnu pajjiżna, l-impatt li ħalliet il-pandemija fuq l-isferi kollha tas-soċjetà u tal-Knisja kif ukoll kif kompliet tikxef ċerti realtajiet. L-aġġornament tal-Kleru indirizza dan kollu b’atteġġjament ta’ smigħ profond kif jitlob il-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali Knisja waħda, Vjaġġ wieħed: 2020-2024Read more »

Breaking the cycle of hatred – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Faċli fil-ħajja nirraġunaw, kif semma Ġesù hawnhekk fl-Evanġelju, “għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Kważi tiġi naturali li meta nirċievu azzjoni ħażina, irridu npattu b’azzjoni ħażina. Ġesù kien jaf li n-nies kienu midħla ta’ dan, għalhekk jgħidilhom: “Smajtu xi ntqal…”

Imma li kultant ninsew, anke meta nitkellmu fuq dan, hu li fit-Testment il-Qadim “għajn b’għajn u sinna b’sinna” ma kinitx tfisser: jekk xi ħadd għamillek azzjoni ħażina, qis li tpattihielu b’azzjoni ħażina… Read more »

The value of ordinary life – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ma nafx jekk qatt rajtux żerriegħa tal-mustarda. Hi żerriegħa tassew żgħira. Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, li hi: “l-iċken fost iż-żrieragħ kollha tal-art”. Għalhekk jolqotna l-fatt li Ġesù jxebbah is-Saltna ta’ Alla ma’ żerriegħa, u b’mod partikulari ma’ żerriegħa tal-mustarda.  Meta nisimgħu l-kelma ‘saltna’, l-ewwel ma jiġi f’moħħna hi xi ħaġa kbira, imma Ġesù jgħid li s-Saltna ta’ Alla tixbah lill-iktar ħaġa żgħira, li bil-mod il-mod tikber u tiżviluppa… Read more »