Archbishop’s Activities

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of September 2015

  • Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru 2015, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jieħu sehem fil-Quddiesa tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur George Bugeja. Ir-rit liturġiku ser isir fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex.

    Il-Ħadd 6 ta’ Settembru, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinseġ il-Paniġierku fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.

    It-Tnejn 7 ta’ Settembru, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-patrijiet Frangiskani Konventwali fl-okkażjoni tal-Kapitlu Provinċjali. Fis-7:30 p.m…

  • Read more »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of June 2015

  • Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2015, fis-6.00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa u jmexxi purċissjoni fl-okkażjoni tal-festa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi), fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi. Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju, fid-9.00 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u wara jmexxi purċissjoni qasira bl-Ewkaristija, mat-toroq tal-Belt Valletta…
  • Read more »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of May 2015

  • Illum, il-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju 2015, fis-6.00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħatra tal-Kappillan tal-Imġarr, Mons. Kalċidon Vassallo. Wara mument ta’ talb fil-Knisja taż-Żebbiegħ, jitlaq korteo għall-Knisja Parrokkjali. Il-Quddiesa tibda fis-7.00 p.m.

    Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Mejju, fil-10:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-ewwel Quddiesa solenni bħala Arċisqof ta’ Malta fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    It-Tlieta, 5 ta’ Mejju, fis-6.30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara…

  • Read more »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of April 2015

  • On Wednesday 8th April 2015, Archbishop Charles J. Scicluna will lead the traditional pilgrimage of St Gregory at Zejtun. The pilgrimage leaves the Chapel of St Clement at 9.30 a.m. After a short stop at the Parish Church, the pilgrimage will proceed to the Church of St Gregory where he will celebrate Mass.

    On Sunday 12th April at 10.00 a.m., the Archbishop will preside over the rite of religious profession of Sr Lilian Borg, at the monastery of St Ursola, Valletta…

  • Read more »

The Archbishop during the Holy Week 2015

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda l-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, nhar il-Ħadd, 29 ta’ Marzu 2015, fid-9.00a.m. Din iċ-ċelebrazzjoni tibda minn quddiem il-knisja ta’ Santa Katerina tal-Italja, il-Belt Valletta, fejn isir it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbug, u wara ssir il-purċissjoni sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, fejn tkompli l-Quddiesa bil-qari tar-rakkont tal-passjoni mill-Evanġelu skont San Mark. Il-Ħamis, 2 ta’ April, Ħamis ix-Xirka, fid-9.00a.m…
  • Read more »

Liturgical celebrations presided over by Archbishop-elect Charles J. Scicluna during the month of March 2015

  • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2015, fis-6.30 ta’ filgħaxija, l-Arċisqof-elett Monsinjur Charles J. Scicluna, ser imexxi pellegrinaġġ penitenzjali u Għasar fil-parroċċa taż-Żurrieq.

    Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu, fis-6.00 ta’ filgħaxija, l-Arċisqof-elett ikompli bil-mixjiet penitenzjali ta’ żmien ir-Randan, billi jmexxi pellegrinaġġ fl-Isla, bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur.

    Nhar il-Ħamis 19 ta’ Marzu, solennità ta’ San Ġużepp, fid-9.15 ta’ filgħodu, l-Arċisqof-elett imexxi Quddiesa solenni fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat…

  • Read more »

Liturgical Celebrations presided over by Bishop Charles J. Scicluna for the month of February 2015

  • Il-Ħadd l-1 ta’ Frar 2015, fil-11.00 a.m., l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja. Fis-6.30 ta’ filgħaxija, l-Isqof ser jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla, fil-knisja parrokkjali tal-Fgura, f’għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif ta’ din il-parroċċa.

    Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Frar, festa tal-preżentazzjoni tal-Mulej fit-tempju, il-Knisja Universali tiċċelebra Jum il-Ħajja Kkonsagrata. Fit-8.30 ta’ filgħodu, l-Isqof Charles J…

  • Read more »

Liturgical celebrations presided over by Bishop Charles J. Scicluna during the month of January 2015

  • Il-Ħadd 4 ta’ Jannar 2015, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra Quddiesa solenni fl-okkażjoni tas-solennità tal-Epifanija. Il-Quddiesa tibda fid-9.15 ta’ filgħodu.

    Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar, fid-9.00 ta’ filgħodu, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Scicluna jiċċelebra Quddiesa bis-sehem tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. F’din il-Quddiesa l-kuluri tar-reġiment jitqegħdu fl-Oratorju ta’ San Ġwann…

  • Read more »

Liturgical Celebrations presided over by Bishop Charles J. Scicluna during the month of December 2014

  • Fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat, is-Sibt 6 ta’ Diċembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr. Il-Quddiesa ser issir fil-Katidral tal-Imdina u tibda fis-6.00 p.m.

    L-Erbgħa 10 ta’ Diċembru, fid-9.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa tal-Milied għat-tfal tal-iskejjel primarji, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru, fis-6.30 p.m., fil-knisja parrokkjali tal-Kalkara, l-Isqof Scicluna ser jagħti l-ministeru tal-akkolitat lil sitt seminaristi…

  • Read more »

Celebrations presided over by Bishop Charles J. Scicluna during the month of November 2014

  • Fl-okkażjoni tas-solennità tal-Qaddisin kollha u t-Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra l-Quddies li ser isir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Is-Sibt l-1 ta’ Novembru 2014, Solennità tal-Qaddissin kollha, l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fit-8.30 a.m., filwaqt li l-għada, l-Ħadd 2 ta’ Novembru, l-Għid tal-Imwiet, l-Isqof ser jiċċelebra Quddiesa li tibda fid-9.15 a.m.

    Fid-9 ta’ Novembru, Jum it-Tifkira, Mons…

  • Read more »