Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

Archbishop’s message on the occasion of the Perpetual Profession of Sr Elizabeth Clare

Monasteru tal-Klarissi, S. Ġiljan

2 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, illum fil-Knisja universali aħna qegħdin niċċelebraw il-Ġisem u d-Demm ta’ Sidna Ġesù Kristu moghtijin lilna bħala ikel u xorb. Hemm ħafna modi kif nistgħu nispjegaw l-Ewkaristija, imma jien se nagħtikom ħsieb wieħed biss fuqu.

L-Ewkaristija hija t-tiġdid, il-kontinwazzjoni ta’ żewġ misteri kbar fil-ħajja ta’ Ġesù: l-Inkarnazzjoni u s-salib… Read more »

Archbishop’s message on the 20th anniversary of Richmond Foundation

Konkatidral ta’ S. Ġwann, Valletta

13 ta’ Mejju 2013

Eċċellenza, ħuti,

Aħna niġu hawn fil-Knisja, bħalma ġejna llum, biex nirringrazzjaw lil Alla għal kull għajnuna spiritwali u umana li huwa jagħtina. Imma niġu hawnhekk mhux għal din ir-raġuni biss; aħna niġu hawnhekk biex inpoġġu l-ġrajjiet tagħna taħt dawl spiritwali u nibdew nifhmuhom f’kuntest spiritwali u kristjan… Read more »

Archbishop’s message on the occasion of the Ministry of Diaconate given to Clinton Farrugia MSSP

Katidral, l-Imdina

28 ta’ April 2013

Ħuti, biex aħna nkunu nistgħu ngħixu l-ħajja nisranija, għandna bżonn f’kull stadju l-għajnuna tal-grazzja t’Alla. U għalhekk il-Mulej permezz tal-Knisja tana s-sebgħa sagramenti; dawn mhuma xejn ħlief grazzja li l-Mulej jagħtina, per eżempju meta aħna nitwieldu, bil-Magħmudija jkollna grazzja li aħna ngħixu ta’ wlied Alla, u hekk jiġri permezz tas-sagramenti l-oħra… Read more »

Archbishop’s message on the occasion of the 200th anniversary of Blessed Antoine Federico Osanam – Founder of the Society of St. Vincent de Paul

Katidral ta’ S. Ġwann

27 ta’ April 2013

Ħuti, fil-lezzjonijiet tal-lum aħna rajna tlett ħsibijiet li se nħalluhom imexxuna biex nifhmu aħjar il-ħajja tal-Beatu Federiku Osanam.

Fit-tieni lezzjoni tal-lum mill-Apokalissi (7,9,14-17) aħna rajna li Alla l-Imbierek se jġedded kollox. Il-ħajja kif nafuha hawnhekk se tinbidel għax Alla jkun kollox f’kulħadd. Iż-żewġ lezzjonijiet l-oħra juruna t-triq li permezz tagħha se jsir dan it-tiġdid… Read more »

Archbishop’s message on the occasion of the feast of Our Lady of Liesse

Knisja Madonna ta’ Liesse, Valletta

20 ta’ April 2013

Ħuti, aħna lkoll nafu li Marija, il-Madonna, hija l-isbaħ dixxiplu tal-Mulej; għaliex hija l-ikbar dixxiplu tal-Mulej? Għal tlett raġunijiet. L-ewwelnett irridu nimmaġinaw xi tfisser tgħix 30 sena ma’ Sidna Ġesù Kristu. Min jaf kemm qalilha veritajiet li wara kellu jgħidhom lill-appostli. Imma jiena ċert li f’dawk it-30 sena kien għallimha dawk il-veritajiet profondi tal-fidi tagħna… Read more »

Archbishop’s message on the occasion of the 50th anniversary of the religious profession of Sr Paula Mallia

Sorijiet ta’ St Ursola, Valletta

14 ta’ April 2013

Ħuti, fil-Vanġelu tal-lum (Ġw 21, 1-19) rajna t-tieni sejħa ta’ San Pietru; l-ewwel sejħa kienet meta Ġesù kien għadu fil-bidu u mar ifittex l-ewwel dixxipli tiegħu li xi wħud minnhom kienu dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista. San Pietru kellu t-tieni sejħa li kellu wkoll jwieġeb għaliha. Smajtu fl-għeluq tal-Vanġelu tal-lum Ġesù jerġa jgħidlu: “Ejja warajja”… Read more »

Archbishop’s message during mass celebration with VAT Department employees

Dipartiment tal-VAT, Birkirkara

25 t’April 2013

Mill-ewwel lezzjoni tal-lum, nistgħu naraw San Pietru kif inbidel, ma nafx indunajtux. Tiftakru meta Ġesù lil San Pietru ried jaħsillu riġlejh, u jgħidlu, “Le ma rridekx li taħsilli riġlejja”. Ġesù jgħidlu jiena fl-aħħar mill-aħħar se nispiċċa msallab, ma rridx li inti wkoll tispiċċa msallab. Illum qed nisimgħu lil San Pietru, f’waħda mill-ittri tiegħu kollu ħlewwa ħierġa minnu, bit-tjubija ħierġa minnu, għax San Pietru imbidel… Read more »

Archbishop’s message on the 100th anniversary of the Holy Trinity parish, Marsa

Knisja Santissima Trinità, Marsa

12 ta’ April 2013

Ħuti aħna qegħdin hawnhekk biex infakkru l-100 sena minn meta din il-Knisja ġiet ikkonsagrata u saret parroċċa jiġifieri komunità li għandha territorju u li trid tieħu ħsiebu fl-evanġelizzazzjoni. L-Isqof ta’ dak iż-żmien li kien Mons. Pietru Pace, ħalla f’idejn din il-komunita r-responsabbiltà li tevanġelizza dan it-territorju tal-Marsa… Read more »

Archbishop’s message on Maundy Thursday (Blessing of Holy Oils)

Konkatidral, S. Ġwann

28 ta’ Marzu 2013

Ħuti, aħna qegħdin niċċelebraw din il-quddiesa fil-kuntest tas-sena tal-fidi imnediha mill Papa Benedittu XVI u tajjeb li b’mod speċjali aħna bħala saċerdoti illum nitolbu lill-Mulej ikattarna fil-fidi. Kemm hu sabih, u rridu nirringrazzjaw lil Alla, li f’dawn il-ġimgħat li għaddew aħna stajna nħeġġu u immexxu lill-aħwa Nsara biex jgħixu r-Randan b’mod qawwi, b’mod ta’ fidi… Read more »

Archbishop’s message on the opening of Parliament

Konkatidral ta’ San Ġwann

6 ta’ April 2013

Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Muscat,

Sidna Ġesù Kristu wiegħed il-paċi lil dawk li kienu madwaru, wegħedhom l-Ispirtu s-Santu u ma qallhom xejn iktar għaliex huma kienu diġa għaddew tlett snin, nistgħu ngħidulhom ta’ apprentistat, miegħu jitgħallmu minn għandu. Dik kienet il-paċi li jimxu fuq dak li qalilhom… Read more »