Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

Archbishop’s Message on the feast of Youth of The Sacred Heart of Jesus

  • Archbishop’s Message on the feast of Youth of The Sacred Heart of Jesus
  • Oratorju Qalb ta’ Ġesù, il-Mosta
    2 ta’ Lulju 2013

    Ħuti, meta kont ġej hawnhekk bdejt naħseb, għaliex Dun Anġ semma dan il-post l-Oratorju tal-Qalb ta’ Ġesù. Forsi mbagħad wara, jkun hemm xi ħadd minnkom li jista’ jispjegahieli u jgħidli kienx hemm xi ħaġa qabel…

  • Read more »

Archbishop’s message during the ordination to the priesthood of nine deacons

Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

3 ta’ Lulju 2013

Ħuti,

Alla l-Imbierek ipprovdilna li l-grazzji li huwa jagħtina aħna nifhmuhom u narawhom aħjar permezz tas-sagramenti. Fis-sagramenti tal-Ordni Sagri wkoll, il-grazzji li jiġu ġo fina aħna nisimgħuhom u nħossuhom li qeghdin ġewwa fina. Alla l-Imbierek għamel l-Ordni tal-presbiterat; Sidna Ġesù Kristu għamel l-ewwel presbiteri, biex ngħidu hekk, li huma l-Appostli… Read more »

Archbishop’s Message on the occasion of the blessing of St. Nicholas bread

San Nikola, is-Siġġiewi

29 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, f’dawn il-ġranet li qegħdin iħejjuna għall-festa ta’ San Nikola, imma llum ir-riflessjoni tagħna trid iddur madwar tradizzjoni antika ħafna tal-ħobż ta’ San Nikola.

San Nikola twieled fir-raba’ seklu u sar Isqof ta’ Mira. U diġa, erbgħa mitt sena wara mewtu, kien hemm wieħed jismu Mikiel Archimandrita u dan kiteb li kienu qeghdin jsiru ħafna pellegrinaġġi lejn il-qabar ta’ San Nikola għaliex skond Mikiel Archimandrita kienet toħroġ, jgħidilha manna, forma ta’ żejt ifuħ, mit-tebut ta’ San Nikola… Read more »

Archbishop’s Message on the occasion of a new parish priest at St. Paul’s Bay

Għax l-Ewkaristija, skont it-tagħlim ta’ l-Papa Ġwanni Pawlu II, mhi xejn iktar ħlief it-tiġdid bħala sagrament, it-tiġdid sagramentali tal-misteru tal-Għid

Parroċċa ta’ Marija Addolorata, S. Pawl il-Baħar

23 ta’ Ġunju 2013

Għeżież ħuti, kieku kellna nistaqsu: Alla l-Imbierek x’għandu l-iktar għażiż fil-ħolqien tiegħu? It-tweġiba skont il-kelma t’Alla hija ċara. Il-bniedem, maħluq xbieha tiegħu, huwa l-qofol tal-ħolqien… Read more »

Archbishop’s Message on the Centenary Anniversary Mass of the International Eucharistic Congress

Pjazza S. Ġorġ, Valletta

7 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, aħna llum qegħdin niċċelebraw l-imħabba ta’ Alla l-Imbierek li dehret fi Kristu, l-Iben t’Alla li sar bniedem. U llum qegħdin niċċelebrawha taħt żewġ forom. L-ewwel forma hija l- Qalb ta’ Ġesù, il-Qalb minfuda ta’ Ġesù għalina, u min-naħa l-oħra llum qegħdin niċċelebraw ukoll l-Ewkaristija, il-mitt sena tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali… Read more »

Archbishop’s Message on the Pastoral Visit Opening Mass in Sliema (Sacro Cuor)

Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor

9 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, l-ewwelnett nistqarr il-ferħ tiegħi li qiegħed fostkom biex nagħmel il-vista pastorali fil-parroċċi tagħkom tas-Sacro Cuor, u parti mill-parroċċa hija propju din il-komunità li tiltaqa’ hawnhekk. Wieħed mid-dmirijiet sbieh tal-Isqof huwa li jżur kull parroċċa. F’Malta għandna 70 parroċċa, jiena għamilt il-vista pastorali f’57 u għad fadalli 13. Jekk il-Bambin irid, is-sena d-dieħla nkun għamilthom kollha… Read more »

The saving mission of the Church

A hundred years ago, a Eucharistic Congress – an annual event in the Universal Church – was held in Malta. In these days we have been regaled with some photos and write-ups on the event on newspapers and other means of social communication.

"We can explain the Eucharist by considering it as a prolongation of the graces which our Lord bestowed upon us."

Non-believers may question why Catholics make so much fuss about the Eucharist! … Read more »

Archbishop’s message on the occasion of the 25th aniversary of the admission of Sr Glorianne Micallef as Servant of the Cenacle

Dar tal-Kleru, B’Kara

1 ta’ Ġunju 2013

Ħuti, kif għidna fil-bidu aħna llum bħala Knisja qegħdin niċċelebraw il-Ġisem u d-Demm ta’ Sidna Ġesù Kristu. U f’dan il-misteru tal-Ewkaristija aħna bħala bnedmin li jemmnu naraw l-imħabba kbira ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Għaliex l-Ewkaristija, ħuti? L-Ewkaristija mhi xejn ħlief il-kontinwazzjoni tal-miraklu ta’ Ġesù. Hu ġie fostna u fl-inkarnazzjoni u mela l-umanità bid-divinità għaliex sar wieħed minna… Read more »