Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

Archbishop’s message on the occasion of the transaltion on the feast of the Conversion of St Paul

  • Archbishop’s message on the occasion of the transaltion on the feast of the Conversion of St Paul
  • Katidral, Imdina
    25 ta’ Jannar 2014

    Ħuti, aħna matul is-sena niċċelebraw tliet festi  ddedikati lil missierna San Pawl. L-ewwel festa  hija  propju dik li qegħdin niċċelebraw illum, il-konverżjoni; it-tieni festa hija propja għal Malta,  in-nawfraġju  ta’ San Pawl u fit-tielet festa, aħna niċċelebraw il-martirju ta’ missierna San Pawl; flimkien ma’ San Pietru…

  • Read more »

Archbishop’s message at the end of the year 2013

  • Archbishop’s message at the end of the year 2013

  • Konkatidral ta’ S. Ġwann
    31 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, fl-ewwel tas-sena niċċelebraw l-ewwel festa liturġika, ta’ Marija Omm Alla. Din il-kelma hija tqila għalina imma ma nistgħux ma naċċetawhiex għax ladarba il-Madonna kienet omm Ġesù Kristu li kien l-iben t’Alla magħmul bniedem, biex tkun l-omm ta’ Ġesù sħiħ, kellha tkun ukoll Omm Alla…

  • Read more »

Archbishop’s message to the members to the Local Council and Civil Society

  • Archbishop’s message to the members to the Local Council and Civil Society

  • Ħaż-Żabbar
    15 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, aħna ġejna flimkien biex niċċelebraw il-ħidma li kien hawn f’din il-parroċċa f’dawn il-ġranet. Jien nirringrazzjakom għaliha u ċert li l-Mulej jirringrazzjakom talli b’sagrifiċċju għamiltu din il-funzjoni, din iċ-ċelebrazzjoni llum f’dan il-post…

  • Read more »

Archbishop’s message on the 100 year anniversary of the Poor Clares in Malta

  • Archbishop’s message on the 100 year anniversary of the Poor Clares in Malta

  • San Ġiljan
    9 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, aħna ġejna hawnhekk biex nifirħu ma’ din il-komunita tal-Klarissi għal mitt sena li ilhom fostna. U jien  għamilt din il-mistoqsija għalija: imma għaliex għandna nroddu ħajr lil Alla, bħala Knisja, għall-fatt li s-sorijiet Klarissi ġew Malta? …

  • Read more »

Archbishop’s message during the Vigil of the Immaculate Conception

  • Archbishop’s message during the Vigil of the Immaculate Conception
  • Katidral tal-Imdina
    7 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, hawnhekk iltqajna llum f’isem Radju Marija biex niċċelebraw it-tnissil bla tebgħa ta’ Sidtna Marija. Aħna nafu x’inhu dan il-misteru. Alla ħalaq il-bniedem,  raġel u mara, xbieha tiegħu, u sfortunatament, kif rajna fl-ewwel lezzjoni (Ġen 3, 9-15,20), Adam u Eva, jiġifieri l-umanita dinbet kontra Alla…

  • Read more »

Archbishop’s message on the occassion of the Youth Theme Launch 2013/14

  • Archbishop’s message on the occassion of the Youth Theme Launch 2013/14
  • Birkirkara: San Ġużepp Ħaddiem
    1 ta’ Diċembru 2013

    Ħuti, waqt li konna qed nisimgħu l-introduzzjoni, aħna smajna li llum hija ġurnata speċjali għaż-żgħażagħ għaliex il-Papa kull sena jagħti tema liż-żgħażagħ biex tul dik is-sena huma jikbru fil-fidi tagħhom. U din  is-sena liż-żgħazagħ tahom beatitudni. Beatitudni hija l-kliem li qal Sidna Ġesù Kristu meta fil-bidu tal-ministeru tiegħu tela’ fuq għolja u minn dik il-għolja qalilhom tmien beatitudnijiet (Mt 5,3-12).  Jissejħu beatitudnijiet għaliex kull sentenza tibda bil-kelma ħenjin…

  • Read more »

Archbishop’s message on the insitution of three seminarians as Acolytes

  • Archbishop’s message on the insitution of three seminarians as Acolytes
  • Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema
    29 ta’ Novembru 2013

    Ħuti, is-saċerdozju fih żewġ mumenti. L-ewwel mument huwa meta Alla jsejjah lil persuni, dawk li jrid hu. Qalilna: mhux intom għażiltu lili imma jiena għażilt lilkom (Ġw 15, 16). U t-tieni mument hija li din is-sejħa tiftaħ mixja biex wieħed jasal lejn il-presbiterat jew is-saċerdozju ministerjali…

  • Read more »

Archbishop’s Message on the Feast of Christ the King and Closing of the Year of Faith

  • Archbishop’s Message on the Feast of Christ the King and Closing of the Year of Faith

  • Parrocca Sidtna Marija Mtella’ s-Sema, Mosta

    24 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

    Ħuti,

    Illum ġejna hawnhekk biex infakkru żewġ avvenimenti: l-ewwelnett sena speċjali li tiġi fi tmiemha llum, jiġifieri s-Sena tal-Fidi, u qegħdin niċċelebraw ukoll lil Kristu li huwa Sultan tal-ħolqien kollu…

  • Read more »

Archbishop’s message on the Graduation of Univeristy Students

  • Archbishop’s message on the Graduation of Univeristy Students

  • Konkatidral ta’ S. Ġwann

    12 ta’ Novembru 2013

    Eċċellenza President ta’ Malta,

    Ħuti, aħna ġejna għal din l-quddiesa biex l-universita` kollha, kemm dawk li jgħallmu, kemm dawk li marru biex jitgħallmu, illum jirringrazzjaw lil Alla f’dawn il-ġranet tal-gradwazzjoni…

  • Read more »