Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

POPE BENEDICT XVI TO VISIT MALTA IN APRIL

Pope Benedict XVI will visit Malta on Saturday 17th and Sunday 18th April 2010, on the occasion of the 1950th anniversary of St Paul’s shipwreck. The Pope will arrive in Malta on Saturday afternoon and return to Rome Sunday evening. On arrival, His Holiness will hold meetings with the highest Civil Authorities and then visit St. Paul’s Grotto in Rabat. On Sunday morning the Pope will celebrate Mass on the Granaries, in Floriana and he will then meet youths at the Valletta Waterfront in the afternoon… Read more »

REMEMBRANCE DAY 2009

DISKORS TAL-ARĊISQOF WAQT IL-PONTIFIKAL TA’ JUM IT-TIFKIRA – 8 ta’ Novembru, 2009

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Aħna llum ġejna hawnhekk bħala komunita’ nisranija biex niċċelebraw lill-Mulej Ġesu’ f’offerta li hu għamel lil Alla l-Missier minn fuq is-Salib: “F’idejk, Missier, jien nerħi ruħi” (Lq 23,46). Illum f’att ta’ mħabba u rikonoxximent qegħdin infakkru t-tbatija u l-mewt tiegħu fid-dawl ta’ dawk kollha li b’sagrifiċċju ta’ ħajjithom, mietu fiż-żewġ Gwerer Dinjin… Read more »

Bishops message on Gambling

Bħala rgħajja spiritwali ta’ Malta u Għawdex aħna nixtiequ noffru lill-membri tas-soċjeta’ tagħna u lir-Rappreżentanti tagħna fil-Parlament, din ir-riflessjoni dwar il-Liberta’, b’mod speċjali issa meta qed tiġi diskussa r-regolamentazzjoni tal-Logħob tal-Azzard (Gambling) fil-gżejjer tagħna.

Il-logħob huwa meħtieġ għall-bniedem, għax barra li jgħinu biex jistrieġ mix-xogħol, jgħinu wkoll jitħallat mal-oħrajn. Infatti, għandu jhassibna l-fatt li llum ħafna m’għadhomx isibu ħin għal rikreazzjoni, partikolarment għal rikreazzjoni flimkien fejn wieħed jew waħda jkunu jistgħu jitkellmu, jiċċajtaw, jifirħu u jagħmlu festa ma’ xulxin… Read more »

“Nassigurakom li qegħdin kollha f’qalbi” – l-Arċisqof

Għeżież tiegħi,

Nirringrazzjakom tal-interess ġenwin li qed turu fiha. Kienu ħafna u ħafna dawk li kitbuli biex jixtiquli fejqan ta’ malajr, hekk li ndunajt kemm hawn qlub ġeneruzi li huma viċin ħafna tiegħi spiritwalment. Nassigurakom li qegħdin kollha f’qalbi. Għalkemm jiena qed naqra kull messaġġ li tibgħatuli, tifhmuni li ma nistax nwieġeb personalment lil kull wieħed u waħda minnkom u għalhekk qiegħed nikteb din in-nota għal kulħadd… Read more »

Our Lady of Victories 2009

Archbishop stresses need to often refer to values that emerge from Truth – Our Lady of Victories 9/9/2009 DISKORS TAL-ARĊISQOF WAQT IL-PONTIFIKAL TA’ JUM IL-VITORJA – 8 ta’ Settembru, 2009

Eċċellenza, Sur President ta’ Malta, u Sinjura Abela,

Ħuti.

F’dan il-jum aħna, il-Poplu ta’ dawn il-gżejjer ta’ Malta u Għawdex, qegħdin niċċelebraw il-Festa tat-Twelid ta’ Sidtna Marija, u magħha, qegħdin nirringrazzjaw lil Alla għaliex f’dan il-Jum li huwa reliġjożament għażiż, il-Poplu Malti ra il-ħelsien tiegħu wara żmien ta’ tbatija fl-Assedju l-Kbir, u fit-Tieni Gwerra Dinjija… Read more »